Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Belveder ta’ fuq il-Forti ta’ San Mikiel mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Isla

pr260419
Date Icon 13/03/2026

Il-ġnien magħruf bħala “ta’ fuq is-sur ta’ San Mikiel” li huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ kera għall-perjodu ta’ ħames snin lill-Kunsill Lokali tal-Isla. 

Il-proprjetà tkopri medda ta’ madwar 3,101 m² u permezz ta’ dan it-trasferiment, il-kunsill lokali se jkun jista’ jiżviluppa dan l-ispazju fi ġnien miftuħ għall-komunità – spazju ta’ mistrieħ u rikreazzjoni fejn ir-residenti u l-familji jistgħu jiltaqgħu, jirrilassaw u jgawdu ambjent aktar sabiħ u aċċessibbli.

Dan il-proġett għandu l-għan li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-Isla, billi jinħolqu aktar spazji pubbliċi li jsaħħu s-sens ta’ komunità u jagħtu ħajja ġdida lil żoni storiċi tal-lokal.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett huwa pass sinifikanti biex inħarsu dak li jagħmel lil pajjiżna uniku. “Dan il-proġett juri kif permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governattivi u l-kunsilli lokali, nistgħu nagħmlu minn siti storiċi postijiet ta’ tagħrif, rispett u opportunità għall-futur.”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli qalet li d-devoluzzjoni ta’ proprjetajiet tal-Gvern lill-Kunsilli Lokali hija att ta’ fiduċja fil-kunsilli u fil-komunitajiet tagħhom. Spjegat li dan il-ġnien fid-daħla tal-Isla, li jagħmel parti mill-Forti San Mikiel, ġie restawrat flimkien mat-torri tal-arloġġ is-sena li għaddiet. Hija qalet li permezz ta’ dawn l-eżerċizzji ta’ devoluzzjoni, il-Gvern qed jiżgura li binjiet u spazji pubbliċi jintużaw b’mod siewi għall-komunitajiet. Żiedet li l-ftehimiet qed isiru b’mod sostenibbli, b’kirjiet aċċettabbli li ma joħolqux piż fuq il-kunsilli lokali. 

Robert Vella, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, spjega li dan it-trasferiment jirrifletti l-impenn tal-Awtorità biex l-art pubblika tintuża b’mod li jibbenefika direttament lill-komunità. “Permezz ta’ dan il-ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Isla, qed nassiguraw li spazju storiku u ta’ valur jiġi żviluppat f’ġnien miftuħ u aċċessibbli għar-residenti u l-familji. L-Awtorità tal-Artijiet tibqa’ impenjata li taħdem flimkien mal-kunsilli lokali sabiex jinħolqu aktar spazji pubbliċi ta’ kwalità li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.”

Is-Sindku tal-Isla Clive Pulis qal, “Illum ġie ffirmat ftehim mad-Dipartiment tal-Artijiet fejn il-belvedere tal-Forti San Mikiel ġie devolut lil Kunsill Lokali.  Wara li dan il-post kien ilu snin abbandunat,  issa jinsab miftuħ għar-rikreazzjoni fejn ir-residenti u dawk il-persuni li jżuru beltna jistgħu jgawdu minn veduta mill-isbaħ.”

It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella, Clive Pulis, bħala s-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Isla, u s-Segretarju Eżekuttiv Graziella Gellel.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Belveder ta’ fuq il-Forti ta’ San Mikiel mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Isla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Belveder ta’ fuq il-Forti ta’ San Mikiel mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Isla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Il-Belveder ta’ fuq il-Forti ta’ San Mikiel mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Isla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow