Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: F'sena waħda: Il-Jobsplus tħarreġ ftit anqas minn 6,000 persuna

PR260412
Date Icon 13/03/2026


Il-Ministru Byron Camilleri jżur iċ-Ċentru tat-Taħriġ tal-Jobsplus

Fl-2025, il-Jobsplus ħarrġet ftit anqas minn 6,000 persuna, b'uħud minnhom ħadu taħriġ aktar minn darba, hekk kif ingħataw 461 kors. Bi kważi 80% ta' dawk li għamlu dawn il-korsijiet, temmewh b'suċċess. Bil-maġġoranza tal-parteċipanti kienu nisa, 62% meta kkumparat ma' 38% li kienu rġiel.

Dan ħareġ waqt żjara li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri għamel fiċ-Ċentru tat-Taħriġ tal-Jobsplus, li matulha ltaqa' ma' parteċipanti f'diversi korsijiet u ma' membri tal-istaff.

Il-Ministru spjega kif l-iżvilupp tal-ħiliet huwa element kruċjali fil-Viżjoni Malta 2050, li tistabbilixxi l-viżjoni fit-tul tal-pajjiż biex tinbena ekonomija aktar reżiljenti, innovattiva u ta' valur, sostnuta minn ħaddiema mħarrġa. It-tielet pilastru tal-Viżjoni jiffoka fuq il-ħiliet tal-futur u speċifikament il-miżura makro 63 taħt dan il-pilastru tenfasizza fuq l-iżvilupp ta' qafas ta' ħiliet speċifiċi għall-industrija billi anke jiġu identifikati 'skills gap'.

Il-programmi ta' taħriġ tal-Jobsplus jallaċjaw mal-Viżjoni hekk kif iwasslu għal ħiliet ġodda, opportunitajiet ġodda ta' impjieg, jappoġġjaw it-tisħiħ tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol filwaqt li jitnaqqsu r-rati ta' skills mismatch.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega li wieħed mill-għanijiet tal-Malta Labour Migration Policy huwa dak imsejjaħ bħala “a skills-based approach", politika li tirrikonoxxi u tippremja lil min iħaddem li jinvesti fl-impjegati tiegħu permezz ta' taħriġ u żvilupp professjonali.

“Irridu lil kull ħaddiem ikollu ċ-ċans jitħarreġ, jikber u jkollu ċ-ċans jitla' tarġa f'ħajtu. Dan filwaqt li nsaħħu l-istabbiltà fis-suq tax-xogħol. Dan billi min iħaddem jinvesti f'inizjattivi li jżidu l-produzzjoni, b'ħaddiema mħarrġa l-pajjiż ikun iktar produttiv, il-ħaddiema jkunu ta' iktar kwalità u dan iwassal biex tinħoloq iktar stabbiltà għax min iħaddem jibża' iktar għall-investiment li jkun hemm fit-taħriġ fejn jenfasizza iktar il-kwalità u mhux in-numri. Għalhekk, hawn ukoll ninċentivaw u nippremjaw lil min jagħżel din it-triq," sostna l-Ministru Camilleri.

Fil-fatt, Jobsplus tippromwovi u tiffaċilita dan it-taħriġ, dan hekk kif filwaqt li toffri korsijiet skont dak li jintalab minn min iħaddem, toffri wkoll 140 kors ta' taħriġ kemm akkreditati kif ukoll mhux akkreditati, li huma aċċessibbli għal dawk li qed ifittxu impjieg, għall-impjegati u għal min iħaddem.

L-aktar korsijiet riċenti jiffokaw b'mod partikolari fuq ħiliet diġitali, ħiliet relatati mas-sostenibbiltà u l-qasam tal-kura, b'konformità mal-prijoritajiet nazzjonali u Ewropej. Fl-2025 ġew introdotti wkoll 23 kors ġdid, f'oqsma bħall-agrikoltura, il-ħiliet kummerċjali, il-kura, l-edukazzjoni tat-tfal, il-kostruzzjoni kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv ta' Jobsplus Celia Falzon qalet li l-investiment fil-ħiliet huwa investiment fil-futur ta' Malta. Permezz tal-programmi ta' taħriġ u l-iskemi ta' impjieg tagħha, Jobsplus qed tinvesti fil-potenzjal tan-nies billi tgħammarhom bil-ħiliet diġitali, tekniċi u prattiċi meħtieġa f'suq tax-xogħol li qed jinbidel b'pass mgħaġġel. “Dan l-investiment huwa essenzjali biex insostnu ekonomija reżiljenti, imsaħħa minn ħaddiema kwalifikati, kapaċi u adattabbli għall-bidla."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: F'sena waħda: Il-Jobsplus tħarreġ ftit anqas minn 6,000 persuna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow