AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
B'referenza għall-istqarrija PR260213 ippubblikata fis-7 ta' Frar 2026, u l-istqarrija PR260222 ppubblikata fid-9 ta' Frar 2026, u skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, kif ukoll f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku b'informazzjoni addizzjonali li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi hawn taħt ma għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà tal-preżenza ta' 'cereulide' (tossina) li tagħmel dan il-prodott mhux sikur biex jiġi kkunsmat.
'Cereulide' hija tossina prodotta minn ċerti tipi ta' 'Bacillus cereus'. 'Cereulide' hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x'aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda waqt it-tisjir, bl-użu ta' ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista' twassal malajr għal sintomi ta' avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta' żaqq.
| Prodott: | Aptamil Nutribiotik 2 |
| Użin: | 830g |
| Numru tal-lott / Data tad-durabbiltà: | 111470641 / 21-07-2026 |
| 111475576 / 30-07-2026 | |
![]() |
Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN
