Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

PR260407
Date Icon 13/03/2026

L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (l-MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli marbuta ma' ġugarelli u prodotti simili li fihom ramel kinetiku jew ramel dekorattiv.

L-asbestos ġie identifikat f'għadd ta' dawn il-prodotti li ġew irtirati mis-suq f'pajjiżi barra minn Malta, inklużi l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea. L-esponiment għall-asbestos huwa marbut ma' mard serju fit-tul tas-sistema respiratorja, u anke esponiment minimu jista' joħloq riskji għas-saħħa.

L-MCCAA tinforma li s-seba' prodotti li ġejjin instabu disponibbli fis-suq lokali u ttieħdu miżuri biex jiġi żgurat li dawn il-prodotti jitneħħew b'effett immedjat.

  1. HTI Toys – Stretcherz Stretch Squad (12 astd)

Item Number: 1376624

Barcode: 5050837662419

  1. HTI Toys – Stretcherz Slammerz 4 Pack

Item Number: 1350110

Barcode: 5050835011042

  1. HTI Toys – Stretcherz Stretch Squad Toys Assorted Figures 4 Pack

Date Code: 090625

Barcode: 5050837662952

SKU: 6018550

  1. Addo Play Ltd – Out to Impress Sand Art Creations

Item code: 318-19149-B

  1. Addo Play Ltd – Out to Impress Creative Candles

Item code: 318-19180-B

  1. Addo Play Ltd – Paw Patrol Sand Art Pictures

Item code: 320-14142-N

Paw Patrol Bumper Craft Collection

Item code: 320-14145-N

  1. Orb Funkee Sand Toys

Item code : 17741, 17736, 17451, 17459,42228,17409,41929

Il-konsumaturi li setgħu xtraw xi wieħed mill-prodotti msemmija hawn fuq huma mħeġġa jieqfu jużawhom minnufih, iqegħduhom f'żewġ boroż tal-plastik issiġillati sew, jimmarkawhom u jirritornawhom għand il-bejjiegħ minn fejn inxtraw. Il-bejjiegħa huma obbligati jagħtu rimedju lill-konsumaturi. Fil-każ li l-prodott diġà jinsab barra mill-ippakkjar oriġinali tiegħu, huwa rrakkomandat li waqt li l-prodott jitpoġġa fil-boroż tal-plastik jintużaw  ingwanti u maskra. Importanti li l-wiċċ li fuqu kien hemm il-prodott jiġi mnaddaf sew u li wara jinħaslu l-idejn sew.

Għalkemm minn investigazzjonijiet preliminari l-prodotti l-oħra elenkati hawn taħt ma nstabux disponibbli fis-suq lokali, għal finijiet ta' għarfien pubbliku usa' u bħala miżura ta' prekawzjoni, l-MCCAA qed tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-pubbliku lejn dawn il-prodotti. Għaldaqstant, qed tagħti parir lill-konsumaturi biex jiċċekkjaw jekk għandhomx xi wieħed minn dawn il-prodotti li jaqbel mad-deskrizzjoni u mal-barcode/numru tal-mudell/numru tas-serje li jinsabu disponibbli pubblikament u li huma elenkati hawn taħt:

  1. HTI Toys – Stretcherz Stretch Squad Dinosaur Figures - https://www.productsafety.gov.au/search-consumer-product-recalls/hti-toys-stretcherz-stretch-squad-dinosaur-figures
  2. Kadink Decorative Sand 10g – 6 Pack - https://www.productsafety.gov.au/search-consumer-product-recalls/kadink-decorative-sand-10g-6-pack
  3. Sax International Pty Ltd – MIKI Sand Art Set - MIKI Sand Art Set | ACCC Product Safety
  4. CleverPatch – Various Coloured Sand / Glitter Sand / Sand Art Kits - https://www.productsafety.gov.au/search-consumer-product-recalls/cleverpatch-various-coloured-sand-glitter-sand-sand-art-kits-and-halloween-sand-art-kit
  5. Sand Art Activity Kit – sold on crazysales.com.au - Sand Art Activity Kit - sold on crazysales.com.au | ACCC Product Safety
  6. Montessori Sand Tray Writing Activity Set - Montessori Sand Tray Writing Activity Set | ACCC Product Safety
  7. Gem's Wedding Supplies – Coloured Decorative Sand Products - https://www.productsafety.gov.au/system/files/recall/Recall%20Advertisement_264.pdf
  8. Shein Distribution Australia Pty Ltd – Multi-Colour / Multi-Size Ultra-Fine Quartz Sand 80–120 Mesh for play and various art/decor applications - Multi-Colour/Multi-Size Ultra-Fine Quartz Sand 80-120 Mesh for play and various art and décor applications | ACCC Product Safety
  9. Toymate – Scoop and Play Ice Cream Sensory Bin and Scoop and Play Dino Discovery Sensory Bin - Wonder Co – Scoop & Play Ice cream sensory bin and Scoop & Play Dino discovery sensory bin | ACCC Product Safety
  10. Kmart Australia Ltd – Make Your Own Unicorn Sand Ornament - Make Your Own Unicorn Sand Ornament | ACCC Product Safety
  11. HL Toys International – Sensory Activity Sets – PAW Patrol, Bluey and Frozen 2 - Sensory Activity Sets – PAW Patrol, Bluey & Frozen 2 - Sold at Kmart | ACCC Product Safety
  12. Kidsplay Crafts – Coloured Sand and Sand Art Party Packs - Various coloured sand and sand art party packs | ACCC Product Safety
  13. Modern Brands Pty Ltd – Melissa and Doug – Sand Art Bottle - Melissa & Doug - Sand Art Bottle | ACCC Product Safety
  14. Modern Brands – Galt – Mini Makes – Sand Stickers - Galt - Mini Makes - Sand Stickers | ACCC Product Safety
  15. Educational Colours – Rainbow Sand (1.3 kg), Creatistics – Coloured Sand (1 kg), Kadink – Coloured Decorative Sand (1.3 kg) and Kadink – Cotton Sensory Sand (700 g) - Educational Colours - Rainbow Sand (1.3kg), Creatistics - Coloured Sand (1kg), Kadink - Coloured Decorative Sand (1.3kg) and Kadink - Cotton Sensory Sand (700g) | ACCC Product Safety
  16. AliExpress – Wooden Qiyi – Work Pad - AliExpress Leksak Sandritbräda - Farliga produkter
  17. HTI – STRETCHERZ - Recall Information - HTI Group - Passionate about toys

Il-konsumaturi huma mfakkra wkoll biex jiċċekkjaw il-pjattaforma Safety Gate qabel jixtru xi prodotti, sabiex jivverifikaw jekk il-prodott li jkunu se jixtru ġiex identifikat bhala perikoluż: https://ec.europa.eu/safety-gate-alerts/screen/webReport.

F'każ ta' mistoqsijiet relatati mal-prodotti li qed jiġu rtirati, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

F'każ ta' mistoqsijiet relatati mar-rimedji disponibbli għall-konsumaturi li xtraw il-prodotti rtirati, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fuq consumer.rights@mccaa.org.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow