Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Is-servizz tal-ġbir tal-kontenituri minn wara l-bieb tad-dar estiż għal madwar Malta u Għawdex kollha

pr260399
Date Icon 11/03/2026

Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ is-servizzi ambjentali fil-lokalitajiet u viċin il-komunitajiet, permezz ta' investiment ta' madwar €1.2 miljun f'vannijiet ġodda u sistema tal-IT speċjalizzata biex il-proġett pilota tal-ġbir tal-kontenituri tal-BCRS jinfirex madwar Malta u Għawdex kollha.


Ħabbru dan waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta' Circular Economy Malta, l-Inġinier Jason Vella u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara.


Ġie spjegat kif minn Lulju li għadda, id-Diviżjoni varat proġett pilota li beda f'20 lokalità u li aktar tard ġie estiż għal 30 lokalità madwar Malta. Fi żmien biss tmien xhur, b'żewġ vannijiet ta' single-input, inġabru madwar 1.3 miljun kontenitur, riżultat li juri kemm ir-residenti qed jipparteċipaw f'dan is-servizz.

Il-proġett kien imsaħħaħ bit-twaqqif ta' call centre b'sistema ta' IT speċjalizzata żviluppata minn professjonisti Maltin, li tippermetti li l-bookings jidħlu b'mod awtomatiku u li l-operat ikun aktar organizzat u effiċjenti.

Il-vannijiet il-ġodda, li huma mgħammra bit-teknoloġija innovattiva ta' Returmatic, kumpanija Ungeriża li tispeċjalizza f'dan il-qasam, se jkomplu jtejbu l-operat. Filwaqt li sa issa kull vann seta' jaqdi madwar 40 residenza kuljum, bit-teknoloġija l-ġdida din il-kapaċità mistennija titla' għal madwar 60 residenza kuljum, żieda sostanzjali fl-effiċjenza tas-servizz. Dawn is-6 vannijiet ġodda, huma mgħammra b'sistema li jieħdu bulk-inputting minflok single-inputting.

Dan ifisser li aktar familji se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizz modern li jagħmilha aktar faċli biex in-nies jirriċiklaw u jagħtu s-sehem tagħhom favur il-kawża ambjentali.


Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield spjega kif, “Dan huwa eżempju ċar ta' kif il-Gvern jisma' lin-nies u jaġixxi. Meta rajna r-rieda tar-residenti li jipparteċipaw aktar fir-riċiklaġġ, intervjenejna biex noħolqu servizz li jagħmilha aktar faċli għal kulħadd. B'dan l-investiment u bl-espansjoni tas-servizz fuq livell nazzjonali, qed inkomplu nagħtu lin-nies l-għodda u s-servizzi moderni li għandhom bżonn biex pajjiżna nieħdu ħsiebu."


Il-Ministru Miriam Dalli qalet, “Dan is-servizz estiż huwa eżempju ċar ta' kif politika ambjentali hija wkoll politika soċjali. Qed inġibu s-servizz eqreb lejn in-nies, speċjalment dawk li għalihom l-aċċess jista' jkun aktar diffiċli. Kulħadd għandu sehem x'jagħti fejn tidħol ir-responsabbiltà ambjentali. Iżda biex dan iseħħ, trid tkun aċċessibbli għal kulħadd. L-għan tagħna jibqa' wieħed ċar: Sistema li taħdem, sistema li tilħaq lil kulħadd, u sistema li tagħti lil kull ċittadin opportunità li jipparteċipa."

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Segretajru Permanenti tal-Ministeru Joseph Caruana, il-Kap Eżekuttiv ta' Returmatic Péter Vida, flimkien mas-Sindki u s-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali kollha ta' madwar Malta u Għawdex illi issa ser ikunu qed igawdu minn dan is-servizz.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Is-servizz tal-ġbir tal-kontenituri minn wara l-bieb tad-dar estiż għal madwar Malta u Għawdex kollha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Is-servizz tal-ġbir tal-kontenituri minn wara l-bieb tad-dar estiż għal madwar Malta u Għawdex kollha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Is-servizz tal-ġbir tal-kontenituri minn wara l-bieb tad-dar estiż għal madwar Malta u Għawdex kollha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Is-servizz tal-ġbir tal-kontenituri minn wara l-bieb tad-dar estiż għal madwar Malta u Għawdex kollha
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow