Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Studju dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli Lokali

pr260378
Date Icon 06/03/2026

Studju kkummissjonat mill-Gvern dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli Lokali, juri li l-parteċipazzjoni u l-kandidatura femminili żdiedet matul is-snin sa’ mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali. Dan l-istudju sar mill-Università ta’ Malta, taħt it-tmexxija tal-Prof. Carmen Sammut u l-Prof. Vincent Marmara, u juri kif il-membri femminili fil-Kunsilli Lokali rduppjaw mill-1993 sal-2024. Fil-fatt, fl-ewwel sena tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali kien hemm 13.5% nisa filwaqt li wara l-elezzjonijiet tal-2024 kien hemm 28.2% membri femminili. 

Ir-riżultati ta’ dan l-istudju tħabbru waqt konferenza mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg li qalu li dan l-istudju hu parti minn inizjattiva aktar wiesgħa li toħroġ minn wegħda elettorali tal-manifest ‘Malta Flimkien’.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet kif fil-Parlament hemm diversi nisa li bdew il-karriera politika tagħhom fil-Kunsilli Lokali, fejn uħud minnhom, inkluż hija stess, kienu sindki fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Spjegat li d-dinja politika ma tistax tkun bilanċjata jekk ma jkunx hemm is-sehem tal-mara fil-livelli kollha tal-governanza. 

“Il-mara hija s-sinsla tal-familji tagħna, il-pedament tas-soċjetà tagħna. Il-komunitajiet huma magħmula mill-familji, is-soċjetà hija l-familji tagħna. Illum il-mara hija wkoll waħda mill-pilastri ewlenin fl-ekonomija tagħna bil-parteċipazzjoni sħiħa fis-suq tax-xogħol. Għaldaqstant, il-mara għandu jkollha wkoll rappreżentazzjoni xierqa fl-amministrazzjoni u l-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż,” qalet is-Segretarju Parlamentari. 

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli tkellmet dwar l-importanza li mmorru lil hinn mill-isterjotipi u nħarsu lejn iktar inklużjoni. Hija spjegat kif dan l-istudju qed jagħti stampa iktar ċara tal-ostakli li jiltaqgħu magħhom in-nisa sabiex joffru l-kandidatura tagħhom għall-kunsilli lokali.

Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li din ir-riċerka toħroġ ir-raġunijiet għaliex għad hawn nuqqas ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli Lokali u fil-politika. Qalet li dan l-istudju huwa sejħa biex ikun hemm pjan ta’ azzjoni sabiex jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport u anke jiġu kkunsidrati inizjattivi li saru f’diversi pajjiżi Ewropej.

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg qalet li r-rappreżentanza ugwali hija dritt u mhux privileġġ għaliex saħqet li huwa importanti li l-perspettiva tal-mara tkun riflessa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi. “M’aħniex qiegħdin naħdmu biex il-mara tkun privileġġjata jew tkun fuq pedestall. Iridu biss li l-mara dejjem,  kullimkien u f’kollox tgawdi r-rispett u d-dinjita b’ugwaljanza u b’inklussività.”

Is-Segretarji Parlamentari laqgħu b’sodisfazzjon ir-rakkomandazzjonijiet u saħqu li l-elementi ta’ taħriġ u komunikazzjoni flimkien ma’ iktar koperazzjoni mal-partiti politiċi huma kruċjali sabiex naslu għar-rappreżentazzjoni iktar ekwa u ġusta.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Studju dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Studju dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Studju dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Studju dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Kunsilli Lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow