Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Kollaborazzjoni ma’ għaqdiet volontarji biex tissaħħaħ l-anzjanità attiva

Pr260377
Date Icon 06/03/2026

Aktar minn 200 anzjan u anzjana minn diversi ċentri tal-anzjanità attiva madwar Malta pparteċipaw f’workshop ta’ sparar organizzat fil-Ħal Far Shooting Range, bħala parti minn inizjattiva li bdiet f’Jannar u li qed issir darba fix-xahar.

Din l-inizjattiva tmexxiet mill-għaqda volontarja Southern Shooting Club Malta bħala parti mill-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi tas-sena li għaddiet maħruġa mill-Ministeru għall-Inklużjoni. 

Żaru waħda mis-sessjonijiet tat-taħriġ il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea. 

S’issa kien hemm 16-il sessjoni differenti, b’interess qawwi u parteċipazzjoni inkoraġġanti minn anzjani li jattendu day centres madwar il-pajjiż. It-taħriġ qed jitmexxa minn membri tal-kumitat, f’ambjent sigur u kkontrollat, fejn il-parteċipanti qed jingħataw gwida minn professjonisti fl-isparar.

L-inizjattiva tkompli tibgħat messaġġ ċar li l-isport huwa għal kulħadd u li l-età qatt m’għandha tkun ostaklu għall-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Il-parteċipazzjoni kienet mifruxa bejn irġiel u nisa, u sa issa jidher li n-nisa saħansitra qed jipparteċipaw aktar.

Minbarra l-aspett sportiv, l-attività qed toffri benefiċċji fiżiċi u mentali, fosthom titjib fil-bilanċ u l-pożizzjoni, żieda fil-koordinazzjoni u l-fine motor skills, kif ukoll tisħiħ tal-konċentrazzjoni. Fl-istess ħin, qed tissaħħaħ l-interazzjoni soċjali u l-impenn komunitarju fost il-parteċipanti.

Din il-kollaborazzjoni ma’ għaqdiet volontarji hija wkoll allinjata ma’ wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Viżjoni Malta 2050, partikolarment l-miżura makro 84, li tippromwovi ħidma konġunta ma’ organizzazzjonijiet volontarji sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-anzjani f’attivitajiet komunitarji u soċjali.

Il-Ministru Julia Farrugia spjegat kif “Permezz tal-iskema Komunitajiet Aktar Inklussivi aħna ma tajniex biss fondi imma tajna fiduċja u direzzjoni ċara lill-organizzazzjonijiet volontarji biex ikunu protagonisti fil-bini ta’ soċjetà aktar ġusta. Din hija l-politika tagħna fil-prattika, fejn qed inpoġġu r-riżorsi fejn hemm bżonnhom u nagħtu s-setgħa lill-komunitajiet biex imexxu l-bidla huma stess.

“Il-Viżjoni Malta 2050 mhijiex dokument fuq l-ixkaffa, iżda strateġija ċara għal pajjiż li jinkludi lil kulħadd. Il-Miżura 84 titkellem ċar dwar it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni mal-għaqdiet volontarji biex l-anzjani jibqgħu parteċipi u ma jitħallewx jaqgħu fl-iżolament u s-solitudni. Huma għalhekk li bħala Gvern qed inwasslu dan l-impenn b’azzjonijiet konkreti, mhux bil-kliem biss,” temmet tgħid il-Ministru Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea stqarr li, ⁠“Dan kollu jinkwadra perfettament fil-viżjoni tal-Gvern kif deskritta fil-Viżjoni Malta 2050, li tagħmel enfasi mistħoqqa fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna u fuq dak kollu li jwassal biex persuna tikber fl-età iżda tibqa’ attiva, reżiljenti għad-diffikultajiet, u miftuħa għall-opportunitajiet.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Kollaborazzjoni ma’ għaqdiet volontarji biex tissaħħaħ l-anzjanità attiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Kollaborazzjoni ma’ għaqdiet volontarji biex tissaħħaħ l-anzjanità attiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Kollaborazzjoni ma’ għaqdiet volontarji biex tissaħħaħ l-anzjanità attiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Kollaborazzjoni ma’ għaqdiet volontarji biex tissaħħaħ l-anzjanità attiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow