Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRANSPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Ix-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni f'Marsaskala javvanzaw b'ritmu mgħaġġel

PR260371
Date Icon 06/03/2026

Il-Ministru għat-Transport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett żar il-Ġnien tal-Fajtata fiż-żona ta' San Tumas ġewwa Marsaskala fejn bħalissa għaddejjin xogħlijiet importanti minn Infrastructure Malta bħala parti mill-pjan ta' riġenerazzjoni f'din il-lokalità. Dan il-pjan jinkludi diversi interventi madwar Marsaskala bil-għan li joffru titjib u immodernizzar tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi tagħha tal-l-lokalità.

Ġewwa l-ġnien tal-Fajtata, qed isir xogħol ta' riġenerazzjoni li jinkludi l-installazzjoni ta' railing ġdid, pavimentar li jikkumplimenta aħjar l-ambjent naturali, titjib fil-faċilitajiet pubbliċi inkluż fit-toilets, gym ġdid u xogħol estensiv ta' landscaping. Barra minn hekk, il-ħajt ta' sostenn tal-ġnien ġie mibni mill-ġdid biex tissaħħaħ l-istruttura bi protezzjoni aħjar mill-elementi naturali. Dan ix-xogħol jinkludi wkoll passaġġi ġodda u aktar siguri li jagħtu aċċess għal din il-bajja popolari, fosthom permezz ta' rampa ġdida.

Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru Chris Bonett spjega li x-xogħlijiet mixjin skont il-pjan biex sas-sajf li ġej, dan il-ġnien u spazju pubbliku jerġa' jingħata lill-pubbliku. Huwa spjega d-diversi xogħlijiet li bħalissa għaddejjin ġewwa Marsaskala fosthom protezzjoni tal-kosta fiż-żona tal-Munxar, xogħol ta' tiswija u tisbiħ ġewwa San Tumas kif ukoll titjib fil-promenade ta' Marsaskala. “Il-prijorità tagħna tibqa' li noffru spazji miftuħa isbaħ u aħjar biex il-familji jkunu jistgħu jgawduhom fil-ħin liberu tagħhom, filwaqt li dejjem jiġi rispettat u mħares l-ambjent naturali taż-żona," temm jgħid il-Ministru Bonett.

Min-naħa tagħha, iċ-Chief Operating Officer ta' Infrastructure Malta, il-Perit Janice Borg, qalet li x-xogħol ta' kostruzzjoni issa huwa lest u għaddej ix-xogħol fuq il-pavimentar ġdid li ser isir bil-materjal tal-Porfido. Hija spjegat kif fiż-żmien li ġej ser isir xogħol fuq railings ġodda kif ukoll landscaping biex tingħata dehra isbaħ lil dan il-ġnien.

Ritratti: MTIP

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRANSPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Ix-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni f'Marsaskala javvanzaw b'ritmu mgħaġġel
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRANSPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Ix-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni f'Marsaskala javvanzaw b'ritmu mgħaġġel
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow