AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi hawn taħt m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li potenzjalment huwa kkontaminat bis-Salmonella.
In-numru tal-lott huwa s-seba' numri fin-nofs tal-kodiċi li jinsab stampat fil-qiegħ tal-bott eżatt fuq id-data ta' durabbiltà. (Eżempju tan-numru tal-lott jidher fir-ritratt t'hawn taħt).
Persuni infettati bis-Salmonella tipikament jiżviluppaw sintomi bejn 12 u 36 siegħa wara l-infezzjoni, iżda dan jista' jvarja minn 6 sa 72 siegħa. L-aktar sintomu komuni huwa d-dijarea, li xi kultant tista' tkun bid-demm. Sintomi oħra jistgħu jinkludu deni, uġigħ ta' ras u uġigħ ta' żaqq. Is-sintomi normalment idumu bejn 4 u 7 ijiem. F'każijiet fejn id-dijarea tkun severa jista' jkun meħtieġ li l-persuna tiddaħħal l-isptar. L-anzjani, it-trabi u dawk b'sistema immunitarja dgħajfa huma aktar f'riskju li jiżviluppaw sintomi severi.
| Prodott: | “Moringa 100% Pure Capsule" | ||
| Ditta: | Rosabella | ||
| Dettalji: | Numru tal-Lott | Data Ta' Durabbilita' | |
| 5020591 | 03/2027 | ||
| 5020592 | |||
| 5020593 | |||
| 5020594 | |||
| 5020595 | |||
| 5020596 | |||
| 5030246 | 04/2027 | ||
| 5030247 | |||
| 5030248 | |||
| 5030249 | |||
| 5030250 | |||
| 5030251 | |||
| 5040270 | 05/2027 | ||
| 5040271 | |||
| 5040272 | |||
| 5040273 | |||
| 5040274 | |||
| 5040275 | |||
| 5040276 | |||
| 5040277 | |||
| 5040278 | |||
| 5040279 | |||
| 5050053 | 06/2027 | ||
| 5050054 | |||
| 5050055 | |||
| 5050056 | |||
| 5060069 | 07/2027 | ||
| 5060070 | |||
| 5060071 | |||
| 5060072 | |||
| 5060073 | |||
| 5060074 | |||
| 5060075 | |||
| 5060076 | |||
| 5060077 | |||
| 5060078 | |||
| 5060079 | |||
| 5060080 | |||
| 5080084 | 09/2027 | ||
| 5080085 | |||
| 5080086 | |||
| 5090107 | 10/2027 | ||
| 5090108 | |||
| 5090109 | |||
| 5090113 | |||
| 5090114 | |||
| 5090115 | |||
| 5090116 | |||
| 5090117 | |||
| 5090118 | |||
| 5100039 | 11/2027 | ||
| 5100048 | |||
| Oriġini: | USA | ||
| Kontenut: | 60 kapsula | ||
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN