Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Garanzija ta’ servizzi għall-SOS Malta li joffru għajnuna psikoloġika

pr260367
Date Icon 05/03/2026

L-NGO SOS Malta ser tkun qed tibbenefika minn ftehim soċjali li ġie mġedded mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, b'investiment ta' aktar minn miljun ewro mifruxa fuq tliet snin.

Dan il-ftehim ser ikopri s-servizz ta' Kellimni.com,  li jipprovdi servizzi ta' chat online, 24 siegħa kuljum. Apparti dan is-servizz, qed jiġi offrut servizz ta' terapija individwali, fi gruppi, u anke dik tal-familja.  Ħafna drabi, dawn is-servizzi jiskattaw wara li tkun daħlet chat minn persuna anonima li tkun qed titlob l-għajnuna minħabba ċertu sitwazzjonijiet diffiċli li tkun għaddejja minnhom.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fisser dan il-ftehim bħala wieħed li ser ikompli jagħti sapport lill-persuni vulnerabbli. “Dan il-ftehim huwa wieħed minn 37 ftehim li dan il-Ministeru għandu bħalissa, ma' 25 entità li jaħdmu fil-qasam soċjali. Il-Budget għal dawn il-ftehimiet reġa' żdied u ser ilaħħaq kważi €15.4 miljun matul din is-sena," stqarr il-Ministru Michel Falzon.

Min-naħa tagħha l-Kap ta' SOS Malta, Graziella Schiavone saħqet li ftehimiet bħal dawn jagħtu serħan il-moħħ lill-amministrazzjoni sabiex ikomplu jinvestu f'aktar professjonisti u servizzi. “Fil-fatt dan il-ftehim ser iwassal għal iktar siegħat ta' counselling, u sessjonijiet ta' terapija b'xejn għal dawk il-persuni li jkollhom bżonn din l-għajnuna," temmet tgħid il-Kap ta' SOS Malta, Graziella Schiavone.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Garanzija ta’ servizzi għall-SOS Malta li joffru għajnuna psikoloġika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Garanzija ta’ servizzi għall-SOS Malta li joffru għajnuna psikoloġika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Garanzija ta’ servizzi għall-SOS Malta li joffru għajnuna psikoloġika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Garanzija ta’ servizzi għall-SOS Malta li joffru għajnuna psikoloġika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow