Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR260338
Date Icon 27/02/2026

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF).

Il-pubbliku qed jiġi avżat sabiex ma jużax dawn il- prodotti identifikati hawn taħt (Chopsticks) minħabba li jista' jkun hemm migrazzjoni ta' formaldehyde u melamine.

Il-livelli misjuba jaqbżu l-limiti permessi u għalhekk jippreżentaw riskju sinifikanti u inaċċettabbli għas-saħħa tal-konsumaturi.

Kodiċi tal-ProdottDeskrizzjoni tal-Prodott:Oriġini
6094071“Chopsticks Helper Panda"Iċ-Ċina
6094072“Chopsticks Helper Bear"Iċ-Ċina
6094073“Chopsticks Helper Cat"Iċ-Ċina
6094075“Chopsticks Helper Rabbit"Iċ-Ċina
6094076“Chopsticks Helper Lion"Iċ-Ċina

Il-konsumatur m'għandux juża dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah fil-post minn fejn inxtara.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt

toy 01.pngtoy 02.pngtoy 03.pngtoy 04.pngtoy 05.png

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow