STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Rapporti ta’ segwitu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - 2025 (Volum II)
L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra, Anġlu Farrugia, it-tieni volum ta' rapporti ta' segwitu għas-sena 2025. Dan il-volum jinkludi r-riżultati tal-verifiki li saru fuq l-iżviluppi marbuta mar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu f'erba' awditi differenti li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kien wettaq fl-aħħar snin.
Bħalma kien fil-każ tal-ewwel ġabra ta' rapporti ta' segwitu
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika analizza l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapporti sussegwenti:
Verifika ta' rapport ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Informazzjoni Teknoloġika:
- IT Audit – Planning Authority
Verifika ta' rapporti ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Verifika ta' Prestazzjoni:
- Ensuring fair Non-Contributory Social Benefits and safeguarding against related fraud
- An assessment of capital projects at the University of Malta
- Assessing the public transport contract and Transport Malta's visibility on the service
L-NAO sab li 42 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti msemmija hawn fuq, ġew implimentati bis-sħiħ, parzjalment, jew kienu fil-proċess li jiġu implimentati mill-Ministeri u l-Entitajiet konċernati. Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tar-rapport ta' segwitu: Ensuring fair Non-Contributory Social Benefits and safeguarding against related fraud, din l-istatistika għandha titqies fid-dawl li din ir-reviżjoni ta' segwitu twettqet fi stadju bikri tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet proposti. Għaldaqstant, l-Uffiċċju jara li hemm lok għal eżerċizzju ieħor ta' segwitu fil-futur biex jidditermina progressi ulterjuri fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet oriġinali.
Din il-pubblikazzjoni hija aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN