Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Shape Your Space: Membri tal-Moviment 'Manoel Island Post Għalina' f'laqgħa mal-Ministru Dalli dwar Manoel Island

PR260292
Date Icon 23/02/2026


Bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar it-tliet parks nazzjonali ġodda, il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli, flimkien ma' Project Green, iltaqgħet ma' Moviment Graffitti u Flimkien għall-Ambjent Aħjar, li flimkien iffurmaw il-Moviment 'Manoel Island Post Għali.

Iż-żewġ organizzazzjonijiet ippreżentaw il-proposti tagħhom għal Manoel Island, liema proposti ġew żviluppati wara sensiela ta' workshops bil-fuq minn 70 parteċipant.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif huwa l-impenn tal-Gvern li White Rocks, Manoel Island u Fort Campbell jinbidlu fi spazji miftuħa minn-nies u għan-nies. “Il-Moviment 'Manoel Island Post Għalina' kellhom rwol importanti biex illum qed nitkellmu dwar Manoel Island bħala park nazzjonali. Sadanittant, permezz tal-kampanja 'Shape Your Space' diġà daħlu 'il fuq minn 1,300 sottomissjoni mill-pubbliku dwar x'jixtiequ jaraw f'dawn l-ispazji. F'dan il-perjodu qed niltaqgħu ukoll ma' numru ta' stakeholders fejn qed naraw konverġenza fil-ħsieb fid-diskussjonijiet li qed ikollna," qalet il-Ministru Dalli.

Il-Ministru spjegat kif, pereżempju, qed ikun hemm enfasi fuq l-isbuħija arkitettonika ta' Manoel Island, il-wirt kulturali, kif ukoll l-aspetti soċjali u ambjentali. “Fuq kollox, irridu li dawn il-parks nazzjonali jitfasslu b'mod inklussiv, trasparenti u b'rispett sħiħ lejn l-ambjent u l-komunità," żiedet il-Ministru Dalli.

“Bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li qed nagħmlu dwar it-tliet parks nazzjonali, komplejna billi niltaqgħu mal-istakeholders u NGOs, propju dawk li mexxew il-kampanja Manoel Island Post Għalina. Huma qasmu magħna r-riċerka u l-konsultazzjonijiet li jagħmlu mal-komunità inġenerali u fhimna u anke qegħdin naqblu li qegħdin fuq l-istess wavelengths u viżjoni għal dan il-post," qalet iċ-Chief Operations Officer ta' Project Green, Perit Beverley Costa.

Ritratti: MEEC

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Shape Your Space: Membri tal-Moviment 'Manoel Island Post Għalina' f'laqgħa mal-Ministru Dalli dwar Manoel Island
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Shape Your Space: Membri tal-Moviment 'Manoel Island Post Għalina' f'laqgħa mal-Ministru Dalli dwar Manoel Island
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Shape Your Space: Membri tal-Moviment 'Manoel Island Post Għalina' f'laqgħa mal-Ministru Dalli dwar Manoel Island
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow