Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur it-timijiet kreattivi li ħolqu l-esperjenza immersiva ta’ Viżjoni Malta 2050

PR260282
Date Icon 20/02/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela llum żar it-timijiet kreattivi ta' żewġ studios lokali li ħolqu l-esperjenza immersiva tal-Viżjoni Malta 2050.

L-esperjenza immersiva – l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f'Malta –  ser tkun qed tintwera f'installazzjoni artistika mibnija apposta fid-daħla tal-Belt Valletta. Din ser tilqa' l-pubbliku inġenerali u tispjega aħjar il-Viżjoni nazzjonali għal Malta għall-25 sena li ġejjin.

Dan ser isir permezz ta' rakkonti ċinematografiku u elementi awdjoviżivi sinkronizzati bir-reqqa. Fih wieħed ser jara proġezzjonijiet kbar, sekwenzi animati, dawl atmosferiku, flimkien ma' mużika u narrazzjoni li jibdlu l-post fiżiku f'kanvas.

Matul iż-żjara, it-timijiet urew lill-Prim Ministru partijiet mix-xogħlijiet li ħadmu fuqhom - sekwenzi ewlenin li jirriflettu d-dettall u l-ambizzjoni tal-proġett.

Fuq quddiem nett tal-iżvilupp viżiv u ċinematografiku hemm Stargate Studios, studjo lokali tal-produzzjoni tal-films, li qed imexxi l-ħolqien u l-integrazzjoni tas-sekwenzi animati tal-proġett.

Magħhom jidħol ix-xogħol ta' Elton Zarb u Kevin Abela, professjonisti tal-kompożizzjoni tal-mużika li jikkumplimentaw id-dimensjoni viżiva b'dik tal-ħoss: fejn mużika oriġinali u n-narrattiva mitkellma jiġu flimkien.

L-esperjenza immersiva se tkun miftuħa għall-pubbliku fil-ġimgħat li ġejjin wara l-avveniment uffiċjali ta' tnedija tal-Viżjoni Malta 2050 li se jsir fi Pjazza Tritoni fis-27 ta' Frar.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur it-timijiet kreattivi li ħolqu l-esperjenza immersiva ta’ Viżjoni Malta 2050
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur it-timijiet kreattivi li ħolqu l-esperjenza immersiva ta’ Viżjoni Malta 2050
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow