Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: “Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika" — l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

PR260270
Date Icon 19/02/2026

“Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika. Il-kejl veru ta’ Stat modern ma jinsabx biss fil-progress ekonomiku jew fl-istabbiltà amministrattiva, iżda fil-mod kif jipproteġi d-dinjità tal-bniedem u jħares lil dawk li jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà.” Hekk tenna l-Ispeaker Anġlu Farrugia meta aktar kmieni llum indirizza l-konferenza dwar il-ġustizzja soċjali li nżammet fil-Plenarja tal-Kamra tad-Deputati.

L-Ispeaker enfasizza li l-ġustizzja soċjali titlob viżjoni matura u responsabbli, fejn kull politika jew riforma tiġi evalwata wkoll fid-dawl tal-impatt tagħha fuq il-bniedem konkret — fuq il-familji, fuq il-ħaddiema, fuq is-saħħa fiżika u mentali, u fuq il-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

L-Ispeaker appella għal għaqda u maturità istituzzjonali, filwaqt li tenna li din mhijiex kwistjoni partiġġjana iżda waħda ta’ interess nazzjonali. Huwa saħaq li l-Parlament għandu jibqa’ spazju ta’ rispett u riflessjoni serja, fejn il-kelma twassal għall-azzjoni u fejn il-ġustizzja soċjali ma tibqax prinċipju astratt iżda ssir realtà konkreta.

“Il-ġustizzja tibda bil-kelma, iżda titwettaq bl-azzjoni, u jekk irridu nkunu ġusti tassew, irridu nibqgħu nistaqsu lilna nfusna mhux biss x’għamilna iżda x’għad fadlilna nagħmlu,” temm jgħid l-Ispeaker Farrugia.

Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll minn Alex Borg, Kap tal-Oppożizzjoni, minn Michael Falzon, Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, minn Julia Farrugia, Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, u minn Justin Schembri, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni.

Wara l-konferenza Ivan Bartolo flimkien ma’ Charles Azzopardi u Justin Schembri ppreżentaw Private Members Bill lill-Ispeaker. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: “Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika" — l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: “Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika" — l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: “Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika" — l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: “Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika" — l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER: “Il-ġustizzja soċjali mhijiex għażla politika jew slogan konvenjenti, iżda obbligu morali u istituzzjonali li għandu jiggwida kull deċiżjoni pubblika" — l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow