Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika fil-Qrendi mogħtija b’ċens temporanju lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes sabiex tintuża għal skopijiet marbuta maż-żamma tal-festa

pr260263
Date Icon 18/02/2026

Proprjetà pubblika li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet ġiet trasferita b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal ħamsin sena lis-Soċjetà Filarmonika Madonna ta' Lourdes tal-Qrendi sabiex tiġi użata bħala mħażen fejn jistgħu jerfgħu l-armar relatati mal-festa li tiġi ċelebrata kull sena fl-istess lokalità. Dan is-sit jinsab fi Triq Nazzareno Mifsud kantuniera ma’ Triq Guzeppi D’Arena fil-Qrendi.

Permezz ta’ dan it-trasferiment se tissaħħaħ il-ħidma volontarja tas-soċjetà u tagħti spazju adegwat għall-ħażna tal-armar u l-materjal tal-festa.  B'dan il-mod il-Gvern qed ikompli jappoġġja ż-żamma tal-festi Maltin, li kisbu wkoll ir-rikonoxximent ta' Wirt Intanġibbli tal-UNESCO.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett huwa pass ieħor sinifikanti mal-ħafna li diġà saru biex inħarsu dak li jagħmel lil pajjiżna uniku, jiġifieri t-tradizzjonijiet kulturali tagħna li huma parti integrali mill-identità Maltija.

Il-Ministru Bonnici saħaq li permezz ta’ investimenti bħal dawn, il-Gvern qed jagħti sostenn konkret lis-soċjetajiet mużikali sabiex ikunu jistgħu jkomplu jwettqu l-ħidma tagħhom b’mod aktar organizzat u sostenibbli. Żied jgħid li meta nappoġġjaw dawn l-għaqdiet, inkunu qed ninvestu fil-wirt kulturali tagħna u nassiguraw li dawn it-tradizzjonijiet jibqgħu b’saħħithom.

It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet Robert Vella u Gordon Sacco fil-kapaċità tiegħu bħala Segretarju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika fil-Qrendi mogħtija b’ċens temporanju lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes sabiex tintuża għal skopijiet marbuta maż-żamma tal-festa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika fil-Qrendi mogħtija b’ċens temporanju lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes sabiex tintuża għal skopijiet marbuta maż-żamma tal-festa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Proprjetà pubblika fil-Qrendi mogħtija b’ċens temporanju lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes sabiex tintuża għal skopijiet marbuta maż-żamma tal-festa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow