Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Kampanja ta’ għarfien fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għall-Vittmi tal-Kriminalità

pr260259
Date Icon 18/02/2026

Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għall-Vittmi tal-Kriminalità, l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità (VSA) qed torganizza kampanja ta' għarfien quddiem il-Bini tal-Parlament bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità u s-servizzi ta' sapport disponibbli.

Permezz ta' din il-kampanja, l-Aġenzija qed tkompli tħeġġeġ u xxerred informazzjoni dwar ir-rwol tagħha u l-appoġġ ħolistiku li toffri lill-persuni milquta mill-kriminalità. Din l-inizjattiva tħeġġeġ ukoll lill-pubbliku, u b'mod partikolari lill-vittmi, biex ifittxu l-għajnuna meta jkollhom bżonnha.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri żar il-ħaddiema tal-aġenzija li qegħdin jagħmlu din il-kampanja ta' għarfien għall-pubbliku u ħabbar servizz ġdid li bih l-Aġenzija se tibda toffri servizz ta' trasport b'xejn lill-vittmi tal-kriminalità fil-ġurnata li jissejjħu l-qorti biex jixhdu fil-proċeduri kriminali. Il-Ministru Camilleri sostna li din il-miżura hija pass ieħor li tindirizza l-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-vittmi, filwaqt li tkompli ssaħħaħ l-appoġġ mogħti lilhom u tikkonferma l-impenn tal-Gvern li filwaqt jkompli jirriforma lill-aggressuri jsaħħaħ is-servizzi li għandhom lill-vittma fiċ-ċentru.

Meta l-vittmi jirċievu d-data ta' meta jkunu meħtieġa jagħtu x-xhieda tagħhom, huma mitluba jinfurmaw immedjatament lill-Aġenzija sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji. Fil-jum tas-smigħ, tintbagħat vettura fl-indirizz residenzjali tal-vittma biex twassalha l-qorti u, wara li jintemm il-proċess, terġa' twassalha lura d-dar.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità, Brian Farrugia, qal li dan is-servizz twaqqaf biex jgħin lill-vittmi jmorru l-qorti b'mod sigur u f'ambjent kalm, sabiex ikunu jistgħu jiffokaw biss fuq ix-xhieda li jridu jagħtu. Huwa spjega li ħafna drabi l-vittmi jkunu anzjużi u x-xhieda tagħhom tkun kruċjali għall-iżvilupp tal-każ, u għalhekk dan is-servizz se jgħin biex ikunu aktar ikkonċentrati. Farrugia żied li professjonisti tal-VSA jistgħu wkoll jakkumpanjaw lill-vittmi waqt il-proċeduri fil-qorti.

L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità tkompli toffri firxa wiesgħa ta' servizzi, fosthom appoġġ emozzjonali u psikosoċjali, informazzjoni dwar il-proċeduri kriminali, assistenza prattika u referenzi għal servizzi speċjalizzati oħra, dejjem bil-għan li l-vittmi jingħataw sapport olistiku. Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi tal-Aġenzija, il-pubbliku jista' jċempel fuq 116 006.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Kampanja ta’ għarfien fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għall-Vittmi tal-Kriminalità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow