Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq

pr260253
Date Icon 16/02/2026

Xelter storiku li preżentement huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ kera għal perjodu ta’ ħames snin lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq. Il-proprjetà tinsab f’Nru 1 fi Triq il-Kbira, iż-Żurrieq u tokkupa area ta’ madwar 57m².

Permezz ta’ dan it-trasferiment, il-Kunsill Lokali se jkun jista’ jmantni u jikkonserva x-xelter bħala sit ta’ importanza storika u kulturali, bil-għan li jiġi trasformat f’attrazzjoni edukattiva u komunitarja li tfakkar il-memorja kollettiva tal-pajjiż u s-sagrifiċċji ta’ dawk li għexu l-gwerra.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett huwa pass sinifikanti biex inħarsu dak li jagħmel lil pajjiżna uniku. “Dan il-proġett juri kif permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governattivi u l-kunsilli lokali, nistgħu nagħmlu minn siti storiċi postijiet ta’ tagħrif u opportunità għall-futur.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella, spjega li dan it-trasferiment jagħmel parti mill-impenn tal-Awtorità biex proprjetajiet pubbliċi ta’ valur storiku jitħaddmu b’mod sostenibbli u għall-ġid tal-komunità. Huwa sostna li permezz ta’ din il-kera, is-sit se jiġi mħares, miżmum u valorizzat filwaqt li jibqa’ aċċessibbli għall-pubbliku.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq  Rita Grima qalet, “Ix-Xelter li jinsab fi Triq il-Kbira ġie trasferit lill-Kunsill Lokali. Wara li jsir t-tindif neċessarju se jinfetaħ sabiex il-poplu taż-Żurrieq ikun jista’ jgawdih u jsiru xi attivitajiet ġo fih.”

It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella, Rita Grima bħala s-Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq u s-Segretarju Eżekuttiv Josianne Cilia Mumford.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow