Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI Reviżjoni tar-Reġistri Elettorali

PR260237
Date Icon 13/02/2026

Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jgħarraf illi d-data tal-għeluq għar-Reġistri Elettorali għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea riveduti li jmisshom ikunu ppubblikati f'April hija l-31 ta' Marzu, 2026.

Il-persuni kollha ta' nazzjonalità Maltija u tal-Unjoni Ewropea li għandhom 16-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f'Ottubru 2025, u li għadhom ma applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, għandhom japplikaw kemm-il darba jkollhom il-kwalifiki neċessarji.  Ċittadini Brittaniċi huma eliġibbli li jkunu reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali biss.

Huwa fl-interess tal-votanti rreġistrati li jivverifikaw li l-partikolaritajiet personali tagħhom kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ta' Ottubru 2025 huma korretti. Għandhom ukoll jaraw li l-isem jew in-numru tad-dar, l-isem tat-triq kif ukoll in-numru tal-Karta tal-Identità tagħhom jidhru sewwa fl-imsemmijin Reġistri.

Il-votanti rreġistrati għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b'kull tibdil/korrezzjoni li jkunu meħtieġa.  Dawk il-persuni li jixtiequ japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew għal tibdil/korrezzjoni fir-Reġistru Elettorali, għandhom jagħmlu hekk billi japplikaw simultanjament għall-karta tal-identità fl-Uffiċċju tal-ID Cards għaċ-ċittadini Maltin u Residence Cards għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Brittaniċi.  Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq is-sit web tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni “MISTOQSIJIET".

L-applikazzjonijiet kollha taċ-ċittadini Maltin iridu jaslu għand Identità, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda jew The Tower, L-Ewwel Sular, Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex, u għal dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Brittaniċi l-applikazzjonjiet iridu jaslu għand il-Unit tal-Espatrijati, Castagna Building, Triq il-Wied, l-Imsida jew Residence Card Unit, The Tower, l-Ewwel Sular, Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex, SA MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA' MARZU, 2026.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow