Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

pr260231
Date Icon 12/02/2026

B'referenza għall-Istqarrija PR260157 ippubblikata fid-29 ta' Jannar 2026  u skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mal-irwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità  qed tinforma lill-pubbliku b'informazzjoni addizzjonali li rċeviet mingħand l-importatur, kif ukoll mis-Sistema ta' Twissija rapida għall-ikel u l-għalf (RASFF). 

L-Awtorità tinforma lill-pubbliku li ġew identifikati aktar varjazzjonijiet (numru ta' lottijiet kif ukoll użin differenti) ta' dan il-prodott, kif imsemmi fl-Istqarrija PR260157. Il-prodotti affettwati m'għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom livelli eċċessivi ta' Tropane alkaloids (Atropine u Scopolamine).

Tropane alkaloids huma grupp ta' sustanzi kimiċi li huma responsabbli għall-effetti tossiċi naturali ta' ċertu pjanti. Il-konsum ta' dawn il-kimiċi f'ammont eċċessiv jista jkun tossiku għall-bniedem u l-annimali.

Deskrizzjoni tal-Prodott:

“Organic hulled millet"

(Miglio decorticato)





Ditta:NaturaSi`
Użin:500g
Lot No.: L 533451741
Data tad-durabilità:23/12/26


pr260231a.jpgpr260231b.jpgpr260231c.jpg


Deskrizzjoni tal-Prodott:

“Organic hulled millet"

(Miglio decorticato)





Ditta:NaturaSi`
Użin:500g
Lot No.: L 533451741
Data tad-durabilità:23/12/26


pr260231d.jpgpr260231f.jpgpr260231e.jpg

Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000 mis-7:30a.m. sas-2:30p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow