Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal fiċ-ċentru tal-Jum Ewropew li jfakkar in-numru ta’ Emerġenza 112

pr260228
Date Icon 11/02/2026

•2025: 384,468 sejħa fuq in-numru 112

•Ħidma fuq is-sistema Reverse 112

Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tan-numru ta' Emerġenza 112, li jiġi mfakkar kull sena fil-11 ta' Frar, ġiet organizza attività edukattiva ta' għarfien fl-iskejjel primarji tal-Fgura, b'enfasi fuq l-importanza tal-użu responsabbli u xieraq ta' dan in-numru u tas-servizzi tal-emerġenza.

L-istudenti pparteċipaw f'sessjonijiet interattivi u simulazzjonijiet edukattivi mal-forzi dixxiplinati, tgħallmu kif u meta għandu jintuża n-numru 112, kif ukoll dwar ir-rwol essenzjali li għandhom is-servizzi ta' emerġenza fil-ħarsien tas-sigurtà tal-komunità.

Din l-inizjattiva ġiet organizzata bil-parteċipazzjoni tal-forzi dixxiplinati, fosthom il-Pulizija, il-Forzi Armati ta' Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Dipartiment tal-Emerġenza.

L-avveniment kien indirizzat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, kif ukoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, li saħqu fuq l-importanza li l-edukazzjoni dwar is-sigurtà u r-responsabbiltà ċivika tibda minn età żgħira.

Il-Jum 112 iservi ta' tfakkira dwar l-importanza ta' dan in-numru ta' emerġenza, li huwa aċċessibbli minn kull telefon u li jippermetti rispons rapidu f'sitwazzjonijiet ta' periklu. Attivitajiet bħal dawn ikomplu jsaħħu l-għarfien pubbliku u jtejbu l-effiċjenza tar-rispons f'każijiet reali ta' emerġenza.

Statistika dwar is-Sejħiet 112 għas-Sena 2025

Matul is-sena 2025 saru 384,468 sejħa fuq in-numru 112. Minn dawn, 184,693 sejħa li posthom jew ma kienx fuq il-112 jew agħar minn hekk kienu per eżempju telefonati foloz, jew abbandunati.

Is-sejħiet reali u validi li ġew mgħoddija għat-tieni livell ta' rispons ammontaw għal 96,416 sejħa, fejn:

-       79.2% ġew indirizzati lid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei

-       12.5% lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili,

-       8.1% lill-Pulizija,

-       u 0.2% lill-Forzi Armati ta' Malta.

Waqt l-attività, il-Ministru Byron Camilleri spjega kif fl-aħħar snin kienet għaddejja ħidma mill-Ministeru sabiex tiġi introdotta sistema ta' alert magħrufa bħala reverse 112. Din is-sistema se tippermetti li kull telefon ċellulari konness ma' antenni f'Malta, irrispettivament mill-oriġini tas-SIM card, jirċievi notifiki u struzzjonijiet f'każ ta' emerġenza.

Il-Ministru spjega li wara li f'Settembru li għadda ġie ffirmat il-kuntratt, issa beda x-xogħol ta' interoperabbiltà bejn sistemi differenti, bil-għan li s-sistema tibda topera sal-aħħar tas-sena. Din is-sistema ser tagħmilha possibbli biex kull persuna f'Malta li tuża telefon ċellulari tkun notifikata b'messaġġ jew miżuri ta' emerġenza f'ħin qasir. Għalhekk din l-inizjattiva se ssaħħaħ b'mod sinifikanti l-komunikazzjoni mal-pubbliku u l-ħarsien tas-sigurtà taċ-ċittadini.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clifton Grima, indirizza lill-istudenti u tkellem dwar l-importanza ta' edukazzjoni ħolistika li tmur lil hinn mill-kurrikulu akkademiku. “L-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030 tiffoka wkoll fuq edukazzjoni li twassalkom biex titilgħu bħala ċittadini responsabbli. Dan qed nagħmluh għaliex it-tagħlim li tieħdu fl-iskejjel mhux qiegħed hemm biss biex titgħallmu s-suġġetti akkademiċi, imma wkoll biex twassalkom li tkunu ċittadini denji u tieħdu sehem f'dak kollu li jkun qed isir madwarkom b'mod responsabbli", spjega l-Ministru Grima.

Il-ministru ħeġġeġ ukoll lill-istudenti sabiex jikkunsidraw, fil-futur tagħhom, karrieri fis-settur tas-servizzi tal-emerġenza, filwaqt li saħaq fuq s-sodisfazzjon li ġġib magħha ħidma ddedikata għas-servizz tal-komunità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal fiċ-ċentru tal-Jum Ewropew li jfakkar in-numru ta’ Emerġenza 112
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal fiċ-ċentru tal-Jum Ewropew li jfakkar in-numru ta’ Emerġenza 112
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI It-tfal fiċ-ċentru tal-Jum Ewropew li jfakkar in-numru ta’ Emerġenza 112
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow