AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara li rċeviet kjarifikazzjonijiet mill-operatur, b'referenza għall-Istqarrija għall-istampa PR260213 maħruġa fis-7 ta' Frar 2026, id-dati tad-durabilità għandhom jintużaw bħala referenza biex jiġu identifikati l-prodotti implikati. Informazzjoni addizzjonali rċevuta llum mis-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF) kjarifikat ukoll li l-Aptamil 1 (800g) u Aptamil Pronutra 1(800g) huma l-istess prodott. L-istess japplika għal Aptamil 2 (800g) u Aptamil Pronutra 2 (800g).
| PRODOTT | UŻIN | DATA TAD-DURABBILITÀ |
| APTAMIL PRONUTRA 1 | 400g | 18/11/2026 |
| 800g | 04/09/2026 | |
| 800g | 14/10/2026 | |
| 800g | 26/11/2026 | |
| 1200g | 11/12/2026 | |
| APTAMIL PRONUTRA 2 | 400g | 22/12/2026 |
| 400g | 27/01/2027 | |
| 800g | 19/06/2026 | |
| 800g | 22/09/2026 | |
| 800g | 27/10/2026 | |
| 800g | 30/11/2026 | |
| 800g | 19/12/2026 | |
| 800g | 21/01/2027 | |
| 1200g | 12/12/2026 | |
| 1200g | 18/02/2027 | |
| APTAMIL AR 2 | 400g | 24/09/2026 |
| 400g | 06/11/2026 | |
| COW & GATE ANTI REFLUX | 800g | 16/12/2026 |
| 800g | 18/02/2027 | |
| COW & GATE FIRST | 800g | 29/10/2026 |
| COW & GATE HUNGRY | 800g | 05/01/2027 |
| BEBELAC 1 | 400g | 08/08/2026 |
| 400g | 20/11/2026 | |
| 400g | 10/12/2026 |
Prodotti li jkollhom dawn id-dati m'għandhomx jiġu kkunsmati, peress li jista' jkun fihom traċċi ta' 'cereulide toxin'.
Il-possibbilità tal-preżenza ta' 'cereulide' (tossina) tagħmel dawn il-prodotti mhux sikuri biex jiġu kkunsmati.
'Cereulide' hija tossina prodotta minn tipi ta' 'Bacillus cereus'. 'Cereulide' hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x'aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda bit-tisjir, bl-użu ta' ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista' twassal malajr għal sintomi ta' avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta' żaqq.
Il-konsumat ur m'għandux jikkonsma dawn il-prodotti u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025901 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
L-Awtorità se tkun disponibbli biex twieġeb għall-mistoqsijiet tal-pubbliku permezz ta' ħinijiet estiżi tat-telefon. Fid-9 ta' Frar 2026, il-pubbliku jista' jikkuntattja lill-Awtorità fuq 26025901 sat-tmienja ta' filgħaxija (8:00pm), filwaqt li fl-10 ta' Frar 2026, il-pubbliku jista' jikkuntattja lill-Awtorità fuq 26025211 bejn it-tmienja ta' filgħodu u nofsinhar (8:00am - 12:00pm).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN