AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Il-possibbiltà tal-preżenza ta’ ‘cereulide’ (tossina) tagħmel dawn il-prodotti mhux sikuri biex jiġu kkunsmati.
‘Cereulide’ hija tossina prodotta minn tipi ta’ ‘Bacillus cereus’. ‘Cereulide’ hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x’aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda bit-tisjir, bl-użu ta’ ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista’ twassal malajr għal sintomi ta’ avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta’ żaqq.
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dawn il-prodotti u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefon +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Jekk jogħġbok, irreferi għal din l-istqarrija:
PR260213.pdf
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN