STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titlesta Triq Tumas Cassar fl-Għarb, it-tielet triq mill-100 triq residenzjali ġodda fi tliet snin imwegħdin għal Għawdex
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar it-tlestija ta' Triq Tumas Cassar fl-Għarb, it-tielet triq mill-100 triq residenzjali f'Għawdex li l-Gvern wiegħed li jirranġa fi tliet snin.
Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “Ser nibqgħu naħdmu id f'id mal-Kunsilli tagħna, mal-Water Services Corporation u mal-Enemalta sabiex insaħħu l-infrastruttura kemm tas-servizzi kif ukoll inkunu qegħdin nagħtu toroq aħjar, uċuħ aħjar residenzjali madwar il-gżira ta' Għawdex. Din hija t-tielet waħda minn mija. Ser nibqgħu għaddejjin sabiex fit-tliet snin li ġejjin inkunu qegħdin inwettquhom kollha."
F'din it-triq residenzjali fl-Għarb ingħata xejn inqas minn 2,400 metru kwadru ta' tarmak, inbidlu s-servizzi inkluż żewġ mains ġodda tal-ilma li se jkunu qegħdin jissupplixxu r-residenzi u anke d-djar tal-madwar, ġie introdott is-servizz ġdid tan-New Water anke f'din iż-żona, inbidlu l-mains tad-dawl u ġie mgħoddi cable ġdid sabiex ikun jista' jissupplixxi wkoll id-dawl li qed jiġi ġġenerat mill-pannelli fotovoltajċi f'din iż-żona, pannelli li huma magħmula mill-Kunsill Lokali tal-Għarb.
Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Għarb David Apap irringrazzja lill-Ministeru li qed jinvesti fl-infrastruttura Għawdxija sabiex il-lokalitajiet kollha jkollhom l-infrastruttura meħtieġa għall-bżonnijiet tal-lum.
Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li kommess li dan il-pjan ambizzjuż ta' toroq ġodda madwar il-gżira Għawdxija jitwettaq għall-ġid tar-residenti u ta' kull min jagħżel li jżur Għawdex, filwaqt li rringrazzja lill-Ombudsman tal-interess li wera u l-koperazzjoni biex din it-triq tkun kompluta b'mod spedit.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN