Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR260199
Date Icon 05/02/2026

Illejla, il-President kellha laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela, segwita minn laqgħa separata mal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.

Fil-laqgħa mal-Prim Ministru, li kien akkumpanjat mill-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard, il-Prim Ministru afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni bl-iskop li jintlaħaq qbil dwar il-ħatra ta’  Prim Imħallef.

Aktar kmieni fl-istess jum il-Kap tal-Oppożizzjoni permezz ta’ telefonata ikkomunika x-xewqa tiegħu lill-President li f’laqgħat bejn il-partijiet dwar il-materja, il-President tkun preżenti.

Il-President tisħaq illi din hija materja illi tiddependi minn vot fil-Kamra tar-Rappreżentanti, u wara li tkellmet sew mal-Prim Ministru kif ukoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-President tesprimi il-konvinzjoni tagħha li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni għandhom l-għaqal neċessarju biex jintlaħaq qbil fl-interess tal-Qrati u l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, is-Saltna tad-Dritt, l-Istat u fuq kollox il-poplu tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow