Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Delegazzjoni teknika mill-Isptar Mater Dei tagħmel żjara uffiċjali fl-Isptar ISMETT f’Palermo fl-Italja

PR260176
Date Icon 02/02/2026

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qed imexxi delegazzjoni mill-Isptar Mater Dei fl-Isptar ISMETT f’Palermo fl-Italja. Dan huwa pass ieħor importanti fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet u tal-kollaborazzjoni strateġika bejn Malta u dan iċ-ċentru ta’ eċċellenza internazzjonali fl-Italja. Ir-rabta bejn l-Isptar Mater Dei u dan l-isptar hija waħda b’saħħitha, u din id-delegazzjoni qed tibni fuq il-ħidma li diġà saret fl-oqsma ta’ trapjanti tal-fwied, pulmun u l-qalb.

Id-diskussjonijiet tal-lum iffukaw fuq il-metodi tar-rkupru tal-organi u fuq l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni f’dan il-qasam, bil-għan li l-pazjenti Maltin, inklużi dawk pedjatriċi, li jkollhom bżonn trapjant bħall-fwied, pulmun jew il-qalb, ikollhom aċċess għal servizzi speċjalizzati ta’ livell għoli fl-iqsar żmien possibbli.

Il-Ministru Abela qal kif fit-taħditiet tal-lum, ġiet esplorata wkoll il-possibbiltà li jkomplu jissaħħu l-istrutturi u l-protokolli meħtieġa sabiex, fejn ikun xieraq, organi mogħtija minn donaturi Maltin li ma jkunux jistgħu jintużaw lokalment, ikunu jistgħu jiġu utilizzati f’dan iċ-ċentru tat-trapjanti. Qal kif dan kollu jsir fl-interess tal-pazjenti u b’rispett sħiħ lejn il-prinċipji etiċi u kliniċi stabbiliti. Huwa faħħar l-isforzi li wasslu għal numru rekord ta’ 33 pazjenti Maltin u Għawdxin li rċevew kura speċjalizzata f’dan l-isptar fis-sena li għada kif spiċċat.

Barra minn hekk, ġew diskussi wkoll opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni operattiva u ta’ skambju ta’ esperjenza bejn it-timijiet mediċi rispettivi, sabiex ikompli jissaħħaħ dan is-servizz essenzjali. 

“Il-Gvern jibqa’ kommess li jkompli jinvesti u jsaħħaħ is-servizzi tas-saħħa, bil-għan ċar li joffri l-aqwa kura possibbli lill-pazjenti Maltin u Għawdxin. L-ISMETT huwa ċentru ta’ eċċellenza, tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod minn xtutna, li jgħinna nerġgħu nagħtu l-ħajja liċ-ċittadini tagħna u ċ-ċittadini Taljani,” tenna l-Ministru Abela.

Matul din iż-żjara, t-timijiet tekniċi miż-żewġ pajjiżi magħmula minn diretturi mediċi, kirurgi, pedjatri, anestejologisti u infermiera, qed jiddiskutu aktar ħidma fl-oqsma tar-riċerka, tal-ECMO (extra-corporeal membrane oxygenation), DCD (donation after circulatory death), VAD (ventricular assist devices) u trapjanti ta’ organi inkluż fit-tfal.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Delegazzjoni teknika mill-Isptar Mater Dei tagħmel żjara uffiċjali fl-Isptar ISMETT f’Palermo fl-Italja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Delegazzjoni teknika mill-Isptar Mater Dei tagħmel żjara uffiċjali fl-Isptar ISMETT f’Palermo fl-Italja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Delegazzjoni teknika mill-Isptar Mater Dei tagħmel żjara uffiċjali fl-Isptar ISMETT f’Palermo fl-Italja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow