Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Malta tfakkar il-Jum Internazzjonali ta' Tifkira dwar l-Olokawst

PR260137
Date Icon 28/01/2026


“Jum fejn niftakru li l-Olokawst ma bediex bil-kampijiet tal-mewt, iżda bil-kliem" – Id-Deputat Prim Ministru Borg

Fil-Jum Internazzjonali ta' Tifkira dwar l-Olokawst, it-Tlieta 27 ta' Jannar, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, ingħaqad mal-Fondazzjoni Tayar u mal-ambaxxati tal-Ġermanja u ta' Iżrael għal attività ta' tifkira u riflessjoni dwar il-vittmi innoċenti li tilfu ħajjithom waqt l-Olokawst.

Dr Borg qal li dan il-jum ta' tifkira huwa sejħa biex nikkonfrontaw il-konsegwenzi tal-mibegħda, tar-razziżmu, u l-indifferenza. “Ifakkarna li l-Olokawst ma bediex bil-kampijiet tal-mewt, iżda bil-kliem, bl-esklużjoni u bit-tgħawwir gradwali tad-dinjità umana," hu stqarr.

Spjega li maż-żmien, it-tifkira ta' dawn il-mumenti koroh issir responsabbiltà kondiviża, mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra permezz tal-edukazzjoni, id-djalogu u rieda soda kontra kull forma ta' mibegħda. Sostna li “l-Olokawst huwa memorja li ma tistax tkun limitata biss għall-kotba tal-istorja jew għal ċerimonji annwali, iżda trid tkompli tifforma l-valuri tagħna u tiggwida l-għażliet u l-azzjonijiet tagħna."

Is-sena li għaddiet, permezz tat-tieni Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali Kontra r-Razziżmu, Malta poġġiet il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u forom oħra ta' mibegħda u razziżmu fiċ-ċentru tal-ħidma kontinwa lejn soċjetà aktar magħquda u inklussiva.

Il-kommemorazzjoni tat-Tlieta filgħaxija kienet indirizzata wkoll minn Sir Bernard Eder KC, li tkellem dwar l-esperjenza tal-familja tiegħu bħala rifuġjati tal-gwerra f'Malta, wara li ħarbu min-Nazzisti fi Vjenna. L-istoriku Nathaniel Calleja Gera tkellem dwar il-politika ta' Malta dwar l-immigrazzjoni matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Ritratti (ODPM-MFT/DOI)

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Malta tfakkar il-Jum Internazzjonali ta' Tifkira dwar l-Olokawst
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Malta tfakkar il-Jum Internazzjonali ta' Tifkira dwar l-Olokawst
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Malta tfakkar il-Jum Internazzjonali ta' Tifkira dwar l-Olokawst
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Malta tfakkar il-Jum Internazzjonali ta' Tifkira dwar l-Olokawst
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow