Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Issir il-ġabra tal-borża s-sewda—il-proċess mexa tajjeb anke frott il-koperazzjoni tal-pubbliku

pr260118
Date Icon 25/01/2026

Wara li l-ġabra tal-borża s-sewda li kienet skedata li ssir nhar it-Tlieta li għaddew ma saritx minħabba l-maltempata kif kien tħabbar minn qabel, is-Sibt saret il-ġabra tal-borża s-sewda u l-proċess mexa tajjeb u mingħajr diffikultajiet maġġuri.

Fil-fatt il-ġabra tal-borża s-sewda s-Sibt saret fil-lokalitajiet kollha mill-kolletturi tal-iskart muniċipali li wettqu xogħol tajjeb.  Dan kollu seta’ jsir ukoll frott il-koperazzjoni li l-pubbliku wera b’mod ġenerali in vista taċ-ċirkostanzi straordinarji li seħħew.

L-iskeda eżistenti tal-ġbir tal-iskart muniċipali hija waħda mill-fatturi importanti li bihom pajjiżna qed jirreġistra riżultati pożittivi fejn jidħol is-separazzjoni tal-iskart u l-ġbir tal-iskart organiku u riċiklabbli.

Isir appell ukoll lill-Oppożizzjoni biex il-kwistjoni tal-ġbir tal-iskart muniċipali ma tiddawwarx f’ballun politiku. Anzi wieħed jappella lill-Oppożizzjoni biex tingħaqad f’apprezzament lejn il-koperazzjoni li wera l-poplu lejn l-awtoritajiet matul il-perkors tal-jiem li għaddew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow