Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL

PR260104
Date Icon 23/01/2026


Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri attenda għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Affarijiet Interni f'Ċipru nhar il-Ħamis, 22 ta' Jannar 2026. Il-laqgħa ffukat fuq kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u x-Schengen.

Il-Ministru Camilleri tenna li sistema ta' ritorn effettiva u li tiffunzjona tajjeb hija l-pedament ta' politika soda ta' migrazzjoni u enfasizza li sistema ta' ritorn effettiva ma tistax tistrieħ fuq miżura waħda – iżda teħtieġ konsulenza bikrija u kontinwa dwar ir-ritorn ma' persuni mhux refuġjati, l-użu tad-detenzjoni skont il-liġi, u toroq volontarji ta' ritorn strutturati tajjeb.

Il-Ministru Camilleri enfasizza l-kisbiet riċenti ta' Malta, fejn osserva li f'Diċembru li għadda, fi 17-il jum biss, il-pajjiż irnexxielu jirritorna b'suċċess 48 migrant li waslu Malta b'mod irregolari.

Il-Ministru enfasizza wkoll li r-reintegrazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini għandha timxi id f'id mal-isforzi tar-ritorn. Ir-reintegrazzjoni, osserva, għandha tkun parti minn approċċ strateġiku usa' – wieħed li jsaħħaħ l-istabbiltà, jappoġġja l-iżvilupp fit-tul u jsaħħaħ s-sħubijiet mal-pajjiżi ta' oriġini.

Il-progress riċenti ta' Malta fir-rigward tar-ritorni diġà tat riżultati konkreti, inkluż tnaqqis ta' 93% fil-wasliet irregolari meta mqabbel mal-2019, filwaqt li s-sena l-oħra l-ekwivalenti ta' 83% tal-wasliet irregolari ġew irritornati b'suċċess lejn il-pajjiżi ta' oriġini.

Ritratti: MHSE

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow