Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR260102
Date Icon 23/01/2026

Il-President ta' Malta tgħarraf li:

Wara li fis-7 ta' Novembru 2025 saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, ai termini ta' Artikolu 96B (1) u Artikolu tal-Kostituzzjoni ta' Malta, għal ħatra ta' Imħallef ġdid, li l-applikazzjonijiet għaliha kienu jagħlqu fit-28 ta' Novembru 2025, fis-6 ta' Jannar 2026 ingħatajt Rapport ai termini tal-Artikolu 96A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta datat ukoll is-6 ta' Jannar 2026 maħruġ mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura mwaqqaf bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni ta' Malta: dan wara laqgħa tal-istess Kumitat li saret it-Tnejn 22 ta' Diċembru 2025 fejn ġew evalwati it-tnax (12)-il espressjoni ta' interess għal ħatra ta' Imħallef.

Dan ir-Rapport poġġa għall-kunsiderazzjoni tiegħi l-ismijiet ta' tlett kandidati li skont ir-rapport kienu l-aktar idoneji u minn dawn it-tlett ismijiet skont l-Artikolu 96 A (6) (d) tal-Kostituzzjoni ta' Malta il-President jagħżel wieħed.

It-tlett ismijiet imressqa f'ordni alfabetiku kienu ta':

  1. Galea Charmaine
  2. Stafrace Zammit Claire
  3. Sultana Brigitte

Minn dawn it-tlett ismijiet jiena nagħżel dak ta' Galea Charmaine.

Billi skont l-Artikolu 96 (1) tal-Kostituzzjoni l-Imħallfin tal-Qrati Superjuri jiġu maħtura mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilit bl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni, il-President taħtar, lil Galea Charmaine sabiex isservi ta' Imħallef tal-Qrati Superjuri.

L-ismijiet tal-Kandidati li fl-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura kienu idoneji u meritevoli u li tressqu għall-għażla tal-President bil-proċedura stabbilita mill-Artikolu 96A (6) (d) u li skont l-istess Artikolu huwa mistenni li jiġu pubblikati huma dawk li jidhru aktar il fuq f'din l-istqarrija.

B'dan ikun dikjarat illi l-ħatra ta' Imħallef skont is-sejħa pubblika maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fis-7 ta' Novembru 2025 ġiet sodisfatta u eżawrita.

Il-President tifraħ lill-Imħallef ġdida u tirringrazzja lil membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol metikoluż li wettqu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow