Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA

pr260077
Date Icon 19/01/2026

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika jirreferi għall-aġġornament fis-sistema tal-kontijiet tal-ARMS, liema sistema l-ARMS spjegat għal iktar minn darba li issa hija riżolta. 

Filwaqt li l-ARMS reġgħet ikkonfermat li s-sistema tinsab taħdem tajjeb, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, Miriam Dalli, talbet lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru biex jaħtar, b’mod immedjat, audit minn kumpanija ta’ awditjar indipendenti ħalli jistabbilixxi l-fatti kollha u jsiru r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa.  

Il-Ministru Miriam Dalli qalet, “Dan hu l-Gvern li raħħas il-kontijiet u ħalla l-kontijiet stabbli fl-eqqel tal-kriżijiet internazzjonali. Dan hu l-Gvern li dejjem għen lin-nies fejn jidħlu l-prezzijiet tal-enerġija. Dan hu l-Gvern li saħħaħ l-ekokontribuzzjoni. Fl-aħħar snin anke rranġajna l-anomaliji li ħalla Gvern Nazzjonalista fil-mod kif jinħadmu l-kontijiet. Bl-istess mod bqajna nħallsu l-Feed-in-Tariffs li bi ftehimiet ta’ żmien Gvernijiet Nazzjonalisti skadew. Kontinwament dan il-Gvern ħadem favur il-konsumaturi u ħalla mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fi bwiet in-nies. Dan il-Gvern se jkompli jassigura li kulħadd ikompli jieħu dak li hu tiegħu.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow