Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Se jittella’ għal sena oħra l-Festival Agape bl-għan li jippromwovi l-wirt storiku tar-Rabat

pr260065
Date Icon 17/01/2026

Għal sena oħra ser jerġa’ jittella’ l-Festival Agape, festival kulturali u mużikali li għandu l-għan li jippromwovi l-wirt artistiku, storiku u spiritwali marbut mar-Rabat. Dan il-festival imtella’ minn Fondazzjoni Paulus qed isir taħt il-patronċinju tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.

Dan il-festival, li se jsir bejn it-23 ta’ Jannar u l-21 ta’ Frar, huwa eżempju ċar ta’ kif il-volontarjat jista’ jkun strument qawwi biex jinbnew komunitajiet aktar inklussivi. Huwa jinvolvi numru kbir ta’ voluntiera li, b’dedikazzjoni u impenn, jaħdmu sabiex il-wirt mużikali u storiku tar-Rabat ikunu aċċessibbli mhux biss għall-pubbliku ġenerali, iżda wkoll għal persuni b’diżabbiltà.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia spjegat li, “Inizjattivi bħall-Festival Agape jikkonfermaw il-viżjoni tal-Gvern li jpoġġi l-inklużjoni u l-volontarjat fiċ-ċentru tal-politika kulturali u soċjali tiegħu. Meta l-kultura ssir mezz ta’ parteċipazzjoni attiva, speċjalment għal persuni b’diżabbiltà, inkunu qed nibnu soċjetà aktar ġusta, b’saħħitha u magħquda. Il-ħidma tal-voluntiera f’dan il-festival mhijiex biss kontribuzzjoni kulturali, iżda att ċiviku li jsaħħaħ il-komunità u jagħti valur reali lill-identità tagħna. Bħala Gvern, nibqgħu impenjati li nappoġġjaw u ninvestu f’inizjattivi li juru kif il-kultura, meta tkun inklussiva, tista’ tkun strument qawwi ta’ ġabra u għaqda soċjali u opportunità għal kulħadd.” 

Permezz tal-Festival Agape, il-volontarjat iservi bħala pont bejn il-kultura u l-inklużjoni, u joħloq opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni, tagħlim u tkabbir personali għal kulħadd.

Il-programm tal-festival, li jinkludi taħdidiet, attivitajiet artistiċi u mawriet gwidati f’siti storiċi fir-Rabat, ġie mfassal b’mod li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ persuni vulnerabbli, filwaqt li jsaħħaħ is-sens ta’ solidarjetà u responsabbiltà soċjali fost il-voluntiera u l-komunità inġenerali.

Il-qofol tal-festival se jkun il-kunċert mill-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta fil-Bażilika ta’ San Pawl fis-6 ta’ Frar.

Il-President tal-Fondazzjoni Paulus Dr Mark Fenech Vella spjega li għal darba oħra dan il-festival hu mimli b’għadd ta’ attivitajiet kulturali. “Għal dan il-festival se jkun qed jiġi Manos Vougioukas li huwa s-Segretarju Ġenerali tan-Network Ewropew għat-Turiżmu Kulturali u koordinatur tal-Mixja Kulturali fil-Passi ta’ San Pawl. Is-Sur Vougioukas ġie mistieden biex jagħmel taħdita mill-Fondazzjoni Paulus, li issa hija membru tan-network pan-Ewropew tal-Mixja Kulturali fil-Passi ta’ San Pawl. Din l-attività hija parti wkoll mill-International Pauline Network, imwaqqaf mill-Fondazzjoni Paulus bil-għan li jinħolqu kuntatti ma’ santwarji, knejjes, parroċċi, entitajiet u persuni b’rabta mat-tradizzjoni Pawlina,” qal Dr Fenech Vella. 

Huwa semma wkoll li apparti l-kunċert mill-Orkestra Nazzjonali fil-Bażilika ta’ San Pawl ir-Rabat, din is-sena se jkun hemm  il-preżentazzjoni ta' ktieb ġdid tat-teoloġija Pawlina segwit minn mużika fuq l-orgni Mascioni tal-Bażilika San Pawl.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Se jittella’ għal sena oħra l-Festival Agape bl-għan li jippromwovi l-wirt storiku tar-Rabat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Se jittella’ għal sena oħra l-Festival Agape bl-għan li jippromwovi l-wirt storiku tar-Rabat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Se jittella’ għal sena oħra l-Festival Agape bl-għan li jippromwovi l-wirt storiku tar-Rabat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow