Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Għaddej ix-xogħol fuq 25,000 metru kwadru ta’ spazju miftuħ f’Ħal Għaxaq

PR260061
Date Icon 16/01/2026

Project Green b’ħidma fuq żona ġdida għall-familji

B’investiment ta’ kważi miljun ewro, beda x-xogħol fuq spazju f’Ħal Għaxaq biex isir post għal picnics u rikreazzjoni. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Ministru għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi waqt żjara fuq is-sit flimkien mat-tim ta’ Project Green u s-sindku ta’ Ħal Għaxaq Karl Boxall u membri oħra tal-Kunsill Lokali.

Ix-xogħol minn Project Green qed isir biex dan il-post joffri esperjenza aħjar għall-pubbliku. 

Il-Ministru Miriam Dalli qalet, “Qed noħolqu spazju ġdid ieħor ta’ 25,000 metru kwadru fejn il-familji tagħna jkunu jistgħu jiġu u jieħdu gost flimkien f’ambjent naturali. L-idea tagħna hi li nżommu l-aspett naturali u noħolqu ukoll faċilitajiet biex il-familji jkunu jistgħu jgħaddu il-ħin hawnhekk, għaliex f’kull proġett qegħdin naraw li ndaħlu aspetti differenti ħalli jkollna portafoll kemm jista’ jkun divers ta’ proġetti mal-pajjiż kollu.”

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il-proġett ikompli juri kif il-fondi Ewropej qed jiġu investiti b’mod strateġiku biex jinħolqu spazji miftuħa ta’ kwalità li jkunu aċċessibbli għal kulħadd. “Grazzi għal Project Green, dan l-intervent f’Ħal Għaxaq b’investiment ta’ madwar €1 miljun se jkompli jsebbaħ l-ambjent naturali ta’ din iż-żona filwaqt li tiżdied l-aċċessibbiltà għal kulħadd. Dan fost kullana ta’ proġett oħra f’diversi lokalitajiet b’investiment ta’ aktar minn €14 miljun għal spazji ħodor u miftuħa li jtejbu l-kwalità tal-ħajja,” qal il-Ministru.

Il-proġett jinkludi livellar tal-art u formazzjoni ta’ passaġġi għal mixi u r-roti, kif ukoll bini ta’ ħitan tas-sejjieħ, ċnut u gradi fejn meħtieġ sabiex is-sit ikun aktar sigur. Se jitħawlu iktar minn mitt siġra ġdida u se jinbnew strutturi oħra li jinkludu faċilitajiet sanitarji u ġibjun taħt l-art għall-ġbir tal-ilma tax-xita biex jintuża għat-tisqija ta’ dan l-ispazju miftuħ. Xogħlijiet addizzjonali jinkludu l-installazzjoni ta’ bankijiet u mwejjed tal-piknik, inklużi dawk aċċessibbli u għat-tfal, stands għar-roti, elementi ta’ logħob ibbażati fuq in-natura, signs informattivi, dawl li jaħdem bl-enerġija solari u sistema ta’ CCTV. 

Chiara Darmanin, il-Project Manager ta’ Project Green żiedet tgħid kif ix-xogħlijiet qed isiru b’reqqa sabiex jiġi żgurat l-użu sigur u sostenibbli tas-sit, kif ukoll il-protezzjoni tas-siġar eżistenti u tal-proprjetà ta’ partijiet terzi matul il-perjodu kollu tal-proġett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Għaddej ix-xogħol fuq 25,000 metru kwadru ta’ spazju miftuħ f’Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Għaddej ix-xogħol fuq 25,000 metru kwadru ta’ spazju miftuħ f’Ħal Għaxaq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow