Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Benefiċċju ġdid għal persuni b’diżabilità

PR260040
Date Icon 14/01/2026

Aktar minn 300 benefiċjarju ġdid ser ikun qed jieħu xi forma t’assistenza għal diżabilità, dan wara li ġie mniedi r-raba’ livell ta’ assistenza għal persuni b’diżabilità. Dan il-benefiċċju tħabbar fil-Budget 2026, sabiex ikun ta’ sostenn għal dawk il-persuni li l-grad ta’ nonfunzjonalità tagħhom ma jkunx baxx imma jkun ftit anqas minn medju, u li sal-lum għadhom mhux koperti.

Dan il-benefiċċju qed jirrikonoxxi aktar nies b’diżabilitajiet fiżiċi jew oħrajn moħbija, li diġà dehru quddiem Inter-Professional Board, li ddeċieda dwar l-eleġġibilità tal-każijiet.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon flimkien mal-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Julia Farrugia.

Il-Ministru Michael Falzon qal li issa dawn il-benefiċċjarji jingħaqdu m’oħrajn li rċevew pagamenti b’rabta ma’ diżabilità u li matul l-aħħar ġimgħat irċevew iż-żidiet fl-intitolament tagħhom skont kif imħabbar fil-Budget 2026.

S’issa ser ikunu qegħdin jibbenefikaw aktar minn 300 benefiċjarju minn dan il-benefiċċju l-ġdid, b’investiment totali ta’ madwar €1.3 miljun għal din is-sena.

Il-Ministru Julia Farrugia fissret kif “il-Budget 2026 juri b’mod ċar il-mod kif pajjiżna, u dan il-Gvern, iħares lejn id-diżabilità. Mhux qed nitkellmu biss fuq żidiet jew miżuri tekniċi, imma fuq investiment serju fin-nies b’diżabilità u l-familji tagħhom, mibni fuq l-empatija, fuq il-fehim tar-realtajiet ta’ kuljum u fuq ir-rieda li ma nħallu lil ħadd jaqa’ lura. Il-Budget 2026 huwa l-akbar investiment li qatt sar fil-qasam tad-diżabilità, u juri b’mod konkret li għal dan il-Gvern, l-inklużjoni, id-dinjità u l-ġustizzja soċjali mhumiex sempliċiment slogans, iżda prijorità li tidher fil-politika u fl-azzjonijiet tagħna ta’ kuljum.”

Il-Ministru Farrugia temmet tgħid kif dawn iż-żidiet ifissru aktar serħan il-moħħ, aktar stabbiltà u aktar dinjità fil-ħajja ta’ kuljum tal-persuni b’diżabilità u tal-familji tagħhom.

Intant, dan il-benefiċċju huwa mmirat għal dawk il-persuni li kellhom punteġġ ta’ bejn 30% u 44.99% u ma kinux jirċievu ebda assistenza. Issa, dawn l-persuni diġà dehru quddiem il-bord Inter-Professjonali u dawk il-persuni li ngħataw punteġġ bejn 30% u 44.99% ġew individwati u notifikati permezz ta’ ittra personalizzata li se jibdew jirċievu l-benefiċċju l-ġdid.

Il-ħlas se jiġi ddepożitat fil-kont bankarju tagħhom sas-Sibt 24 ta’ Jannar 2026 u ser ikun jinkludi l-arretrati mit-3 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Benefiċċju ġdid għal persuni b’diżabilità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Benefiċċju ġdid għal persuni b’diżabilità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow