Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Il-ħaddiema tal-forzi tal-ordni jiġbru u jqassmu ikel għal dawk fil-bżonn

PR252315
Date Icon 26/12/2025


F'inizjattiva li issa daħlet fis-sitt sena tagħha, il-ħaddiema tal-Forzi tal-Ordni reġgħu kkonfermaw l-impenn soċjali tagħhom meta ġabru u qassmu provvisti ta' ikel li ġie miġbur matul inizjattiva ta' solidarjetà f'diversi djar residenzjali madwar Malta. Magħhom ingħaqad ukoll il-Ministru Byron Camilleri.

Din l-inizjattiva, li saret bil-kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol għandha l-għan li tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn, filwaqt li tkompli ssaħħaħ il-valuri ta' solidarjetà, ġenerożità u responsabbiltà soċjali. Il-postijiet magħżula huma djar tat-tfal,  ċentri li jassistu vittmi ta' vjolenza domestika bħal Dar Milja, Dar Sagra Familja, Sorijiet f'Dar San Ġużepp f'Ħaż-Żabbar u Sorijiet tal-Ursolini f'Tal-Pietà. Ingħatat assistenza wkoll lil-Laboratorju tal-Paċi f'Ħal Far immexxi minn Patri Dijonisju Mintoff.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri faħħar din l-inizjattiva u rringrazzja lill-ħaddiema kollha għall-impenn tagħhom, u qal li “Din hija inizjattiva li tmur lil hinn mid-dmirijiet ta' kuljum tal-forzi tal-ordni. Hija xhieda ċara tal-qalb u s-sens ta' solidarjetà li dawn in-nisa u l-irġiel iġorru magħhom, mhux biss fil-ħarsien tas-sigurtà tal-pajjiż, iżda wkoll fil-ħarsien tad-dinjità u l-benesseri ta' dawk li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna tagħna."

Il-ministru żied jgħid li dawn il-ġesti jkomplu juru li l-forzi tal-ordni huma parti integrali mill-komunità u jħaddnu bis-sħiħ il-valuri umani li fuqhom hija mibnija s-soċjetà Maltija.

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol irringrazzja lil dawk kollha li kkontribwew għall-ġbir tal-ikel u lill-amministrazzjonijiet tad-djar residenzjali għall-ħidma kontinwa tagħhom, filwaqt li tenna l-importanza li dawn l-inizjattivi ta' solidarjetà jibqgħu jsiru sena wara oħra.

Ritratti (MHSE)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Il-ħaddiema tal-forzi tal-ordni jiġbru u jqassmu ikel għal dawk fil-bżonn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Il-ħaddiema tal-forzi tal-ordni jiġbru u jqassmu ikel għal dawk fil-bżonn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Il-ħaddiema tal-forzi tal-ordni jiġbru u jqassmu ikel għal dawk fil-bżonn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: Il-ħaddiema tal-forzi tal-ordni jiġbru u jqassmu ikel għal dawk fil-bżonn
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow