STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Eluf jinġabru fil-Park Nazzjonali tas-Salina għall-Christmas in the Park
Għal sena oħra, l-avveniment Christmas in the Park organizzat mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubbliku reġa' ttella' b'suċċess hekk kif eluf ta' nies żaru l-Park Nazzjonali ta' Salina matul dawn l-aħħar 10 ijiem.
L-edizzjoni tal-2025 kienet tinkludi attrazzjonijiet ġodda, passaġġ imdawwal, foresta maġika b'effetti tad-dawl, attivitajiet għat-tfal, u wirjiet minn artisti lokali, bands u korijiet tat-tfal.
Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli rringrazzjat lill-entitajiet li ħadu sehem u lill-impjegati tal-ministeru li organizzaw din l-attività li għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ l-isforzi favur is-sostenibbiltà. “Hija prijorità għalina li nlaqqgħu n-nies fil-parks tagħna tul is-sena kollha, speċjalment fi żmien il-festi. Dawn l-avvenimenti jgħinu biex inħeġġu l-komunitajiet jiltaqgħu u fl-istess ħin inkomplu nsaħħu l-għarfien dwar l-ambjent," sostniet il-ministru.
Il-Ministru Dalli ħeġġet lill-pubbliku sabiex iqatta' ftit ħin ta' mistrieħ fl-ispazji miftuħa madwar il-gżejjer matul dawn il-festi.
Kull min attenda kellu l-opportunità li jipparteċipa f'attivitajiet interattivi u żar stands ta' informazzjoni mtella' minn entitajiet fosthom Saving Our Blue, id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent Malta, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Circular Economy Malta, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, Project Green, Wasteserv, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni Pubblika, u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.
Għal aktar informazzjoni dwar l-ispazji miftuħa u attivitajiet relatati, żur parksinmalta.mt jew żur il-midja soċjali ta' Sostenibilità.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN