Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tintlagħab l-ewwel logħba uffiċjali tal-waterpolo fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku bejn Malta u l-Portugall bi preparazzjoni għall-European Championships 2026 f’Belgrad

pr252302
Date Icon 20/12/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri kien preżenti għall-ewwel logħba uffiċjali tal-waterpolo li ntlagħbet bejn it-tim nazzjonali Malti u dak tal-Portugall fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku, ir-Rabat, Għawdex. Din il-logħba friendly ntlagħbet bi preparazzjoni għat-2026 European Water Polo Championships li se jsiru f’Belgrad.

Il-Ministru Camilleri esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li hekk kif ġie inawgurat dan il-padiljun beda jintuża mir-residenti u mill-isportivi Għawdxin, u kif maħsub beda wkoll jattira wkoll turiżmu sportiv lejn Għawdex. Il-Ministru stqarr li, “Dan jista’ jsir għax il-Gvern Malti investa bis-sħiħ fejn jidħlu faċilitajiet sportivi, b’mod partikolari fil-gżira ta’ Għawdex. Issa wkoll b’pixxina ta’ daqs Olimpiku tali logħob jista’ jintlagħab skont livelli internazzjonali. Aħna ser inkomplu nħarsu ’l quddiem għal aktar investiment mhux biss ġewwa din iż-żona iżda rridu naraw li dawk il-faċilitajiet li jonqos ikunu qegħdin jitwettqu sabiex inkunu mbagħad għalaqna kullana ta’ faċilitajiet sabiex Għawdex jista’ jkun destinazzjoni turistika fejn għandu x’jaqsam l-isport.” Huwa temm jgħid li jekk ma jkollniex il-faċilitajiet żgur li dan ma jistax jitwettaq.

It-tim nazzjonali Malti tal-Water Polo b’kollox lagħab 3 logħbiet ta’ preparazzjoni konta l-Portugall, bi tnejn minnhom jintlagħbu f’Malta u l-aħħar waħda f’Għawdex. Is-serje ta’ logħbiet ta’ ħbiberija tifforma parti mill-programm ta’ taħriġ kontinwu u preparazzjoni internazzjonali tat-tim nazzjonali Malti tal-Water Polo hekk kif qed iħejju għat-tournament ewlieni tas-sena d-dieħla.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri feraħ lit-tim Malti li rebaħ bl-iskor ta’ 19-17 kontra l-Portugall u awguralu aktar suċċess għall-futur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tintlagħab l-ewwel logħba uffiċjali tal-waterpolo fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku bejn Malta u l-Portugall bi preparazzjoni għall-European Championships 2026 f’Belgrad
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tintlagħab l-ewwel logħba uffiċjali tal-waterpolo fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku bejn Malta u l-Portugall bi preparazzjoni għall-European Championships 2026 f’Belgrad
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tintlagħab l-ewwel logħba uffiċjali tal-waterpolo fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku bejn Malta u l-Portugall bi preparazzjoni għall-European Championships 2026 f’Belgrad
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow