Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape your space - Sindki u kunsilliera jżuru l-White Rocks bħala parti minn proċess biex isir park nazzjonali

pr252292
Date Icon 18/12/2025

Numru ta' sindki u kunsilliera ngħaqdu mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli fi żjara l-White Rocks bħala parti mill-proċess biex it-trasformazzjoni ta' din l-art tinbidel f'wieħed minn tliet parks nazzjonali ġodda.

Il-kunsilli lokali li jiffurmaw parti mir-Reġjun Lvant, magħmul mil-lokalitajiet li huma qrib tal-White Rocks, kif ukoll it-tmexxija ta' dan ir-Reġjun, bdew jaqsmu l-ideat inizjali tagħhom hekk kif bħalissa l-pubbliku huwa mistieden jgħaddi l-proposti tiegħu fuqparksinmalta.mt/have-your-say/.

Matul iż-żjara, il-Ministru Dalli spjegat kif il-Gvern, permezz ta' Project Green, għaddej bil-ġbir tal-proposti u l-ideat tan-nies sabiex dawn l-ispazji tassew ikunu ġew minn nies għan-nies.

Fost l-ideat li ssemmew waqt din l-attività kien hemm diversi proposti għal żoni sportivi, fosthom track għaċ-ċiklisti u l-joggers, l-użu tal-moll eżistenti għat-trasport fuq l-ilma, kif ukoll high ropes. Issemmew ukoll il-bżonn ta' faċilitajiet sanitarji pubbliċi u faċilità ta' Park & Ride.  Il-kunsilliera saħqu wkoll fuq l-importanza li jiġi rispettat l-ambjent naturali taż-żona.

“Ir-rispons tan-nies qed ikun pożittiv, b'għaqdiet differenti, nies minn setturi differenti u stakeholders li qed jersqu 'l quddiem biex jaqsmu l-ideat u x-xewqat tagħhom. Din hija l-fażi fejn inħeġġu lil kulħadd jieħu sehem bi ħġaru sabiex dan ikun tassew park li jolqot nies u etajiet differenti," qalet il-Ministru Dalli.

Il-White Rocks hu post b'daqs ta' 369,000 metru kwadru, jiġifieri d-daqs ta' 53 ground tal-football, li sa ftit taż-żmien ilu kien maħsub li jiġi żviluppat u allura jinbena. Il-Gvern se jkun qed jirtira s-sejħa pubblika għall-iżvilupp tal-White Rocks, sabiex minflok isir park nazzjonali għat-tgawdija tan-nies.

White Rocks huwa wieħed minn tlett siti li se jsiru parks nazzjonali. It-tnejn l-oħra huma Fort Campbell fil-Mellieħa u Manoel Island fil-Gżira.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape your space - Sindki u kunsilliera jżuru l-White Rocks bħala parti minn proċess biex isir park nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Shape your space - Sindki u kunsilliera jżuru l-White Rocks bħala parti minn proċess biex isir park nazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow