STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment ieħor fil-faċilità tal-Hard Standing f’Marsaxlokk
Tkompli tittejjeb is-saħħa u s-sigurtà waqt il-manutenzjoni tad-dgħajjes tas-sajjieda
Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said ħabbret li twettaq investiment fil-faċilità tal-Hard Standing f'Marsaxlokk, b'erba' electric scissor lifts ġodda li ser jassistu lis-sajjieda fil-ħidma tagħhom.
Dawn is-scissor lifts qed jissostitwixxu l-iscaffolding tradizzjonali li kien jintuża mis-sajjieda sabiex jagħmlu l-manutenzjoni tad-dgħajjes tagħhom. Għaldaqstant, b'dan l-apparat aktar modern se jiffaċilita l-ħidma tas-sajjieda, filwaqt li jtejjeb is-saħħa u s-sigurtà fil-faċilità.
“Permezz ta' dan l-investiment ser titjieb is-saħħa u sigurtà tas-sajjieda fil-faċilità tal-Hard Standing waqt li jkunu qed iwettqu il-manutenzjoni fuq il-bastimenti tagħhom. Dan is-servizz ser jiġi offrut bla ħlas u ser jingħata taħriġ lil kull min ħa jkun qed jagħmel użu minnhom," spjegat is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.
Min-naħa tiegħu, l-Aġent Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Akwakultura, Bjorn Azzopardi qal, “Dan mhux l-uniku investiment f'din il-faċilità u dan se jkompli jżid man-numru ta' servizzi li diġà jingħataw u introduċejna matul din is-sena, bħas-servizz tal-crawling crane li huwa wkoll amministrat mill-ħaddiema ta' din il-faċilità. Dan is-servizz ta' scissor lifts ser jaħdem permezz ta' booking system mill-uffiċċju tal-faċilità tal-Hard Standing."
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN