Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jittella’ l-avveniment “Rigal Bi Mħabba – Melodija ta’ Ġenerożità” f’Għawdex

PR252283
Date Icon 17/12/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien ma' mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela lbieraħ attendew għall-avveniment “Rigal Bi Mħabba – Melodija ta' Ġenerożità" li ttella' fis-sala tal-iskola Sir Arturo Mericeca, ir-Rabat, Għawdex. Din l-inizjattiva hija favur tfal vulnerabbli biex huma wkoll jirċievu rigal frott l-imħabba tal-poplu Malti u Għawdxi fi żmien il-Milied.

Waqt l-avveniment ħadu sehem ukoll il-Gozo College Choir, Elodie Zammit, Angel Voices Choir, Sant'Antnin ta' Padova Choir u Ilyas Ige Sultana, li kantaw għanjiet tal-Milied.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr, “Għal darb'oħra tellajna Rigal bi Mħabba mill-gżira Għawdxija, inizjattiva tant sabiħa li proprju bdiet permezz ta' Dr Lydia Abela u Giorgia Mae. Inizjattiva li tibqa' tferraħ lit-tfal Maltin kif ukoll Għawdxin. Għaldaqstant, nirringrazzja minn qalbi lil kull min ikkontribwixxa sabiex it-tfal kollha kemm huma jkollhom rigal dan il-Milied."

Min-naħa tagħha, Dr Lydia Abela sostniet li l-inizjattiva Rigal bi Mħabba qed tkompli tikber minn sena għal oħra grazzi għall-ġenerożità u l-kompassjoni li għandu l-poplu Malti u Għawdxi. Hija spjegat li din is-sena din l-inizjattiva kompliet tissaħħaħ, hekk kif għall-ewwel darba f'Għawdex ġiet estiża wkoll Rigal bi Mħabba b'Differenza b'risq l-annimali, fejn innotat b'sodisfazzjon is-sehem attiv tal-istudenti u tal-iskejjel li kienet kruċjali biex tinżamm ħajja l-ħolma ta' Jake Vella.

“Nirringrazzja lil kulħadd li ta sehem f'din l-inizjattiva, li tkompli ġġib ferħ lil tfal vulnerabbli f'dan iż-żmien tal-Milied," temmet tgħid Dr Lydia Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jittella’ l-avveniment “Rigal Bi Mħabba – Melodija ta’ Ġenerożità” f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jittella’ l-avveniment “Rigal Bi Mħabba – Melodija ta’ Ġenerożità” f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow