Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Għotja ta’ €730,000 lill-Caritas għal proġett b’risq nisa li qed joħorġu mid-dipendenza tad-droga

PR252281
Date Icon 17/12/2025

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes żar proġett ta' binja fin-Naxxar li qed jitwettaq mill-Fondazzjoni Caritas. Il-proġett huwa parti mill-inizjattiva ta' djar speċjalizzati tal-Awtorità tad-Djar, bl-Awtorità tagħti għotja ta' €730,000 lill-Caritas għat-twettieq tiegħu.

Il-proġett se jipprovdi akkomodazzjoni sigura u ta' dinjità lil nisa li wara r-riabilitazzjoni tagħhom mid-droga jew sustanzi oħra, ikunu jridu jintegraw fis-soċjetà iżda jkun għad iridu jibbenefikaw minn gwida u minn ambjent stabbli li twassal għal bidla reali f'ħajjithom. It-tmexxija tal-binja u s-servizzi pprovduti se jkunu kollha f'idejn il-Caritas.

Waqt li ra l-progress tax-xogħlijiet tal-binja, flimkien mad-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt, il-Ministru Galdes irrefera għal kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat. Qal li l-proġett huwa xhieda ta' mudell fejn istituzzjonijiet governattivi u s-settur tal-volontarjat jikkumplimentaw lil xulxin.

Il-Ministru Galdes sostna li id f'id mal-Caritas qed tinbena infrastruttura soċjali li tgħin u tappoġġja individwi biex jagħmlu l-passi tagħhom fit-triq lejn integrazzjoni soċjali.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, irringrazzja lill-Awtorità tad-Djar għal din il-kollaborazzjoni, li se tissarraf f'għajnuna kritika sabiex persuni riabilitati mid-droga jieqfu fuq saqajhom. Dan il-proġett se jagħtihom pedament sod li minnu jkunu jistgħu jintegraw fis-soċjetà bħala persuni sħaħ.

Permezz ta' dan il-proġett, persuni li jkunu temmew b'suċċess programm ta' riabilitazzjoni u li, għal xi raġuni jew oħra, ma jkollhomx fejn joqogħdu, ikunu jistgħu jgħixu f'din il-binja għal perjodu temporanju ta' bejn sitt xhur u massimu ta' sentejn, skont il-bżonnijiet individwali tagħhom. Matul dan il-perjodu, huma jkunu jistgħu jintegraw lura fis-soċjetà b'serħan il-moħħ li għandhom saqaf fuq rashom, sabiex imbagħad jgħaddu għal ħajja indipendenti. Dan il-proġett ta' akkomodazzjoni appoġġjata u ta' servizzi ta' aftercare se jagħti prijorità lin-nisa, lin-nisa bit-tfal, kif ukoll liż-żgħażagħ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Għotja ta’ €730,000 lill-Caritas għal proġett b’risq nisa li qed joħorġu mid-dipendenza tad-droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Għotja ta’ €730,000 lill-Caritas għal proġett b’risq nisa li qed joħorġu mid-dipendenza tad-droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Għotja ta’ €730,000 lill-Caritas għal proġett b’risq nisa li qed joħorġu mid-dipendenza tad-droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Għotja ta’ €730,000 lill-Caritas għal proġett b’risq nisa li qed joħorġu mid-dipendenza tad-droga
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow