Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment sostanzjali fis-Sezzjoni tan-Nar ta’ San Vinċenz de Paul

pr252269
Date Icon 16/12/2025

San Vinċenz de Paul għaddej b’investiment estensiv fil-qasam tas-sigurtà, permezz ta’ titjib infrastrutturali fis-sezzjoni tan-nar tiegħu, inkluż ix-xiri ta’ vettura ġdida speċjalizzata u l-bidu ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fuq il-binja ddedikata għal dan id-dipartiment.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea iltaqa’ mal-membri tas-sezzjoni, li llum tinkludi tim ta’ 18-il persuna. Numru li żdied b’mod sinifikanti meta mqabbel ma’ ftit snin ilu meta kien hemm biss tnejn.

Il-ġlieda għall-protezzjoni tas-sigurtà tar-resident f’dan il-kumpless issa se tkun appoġġjata minn vettura ġdida apposta, b’investiment ta’ €55,000. Din hija l-ewwel darba li din is-sezzjoni tkun mgħammra b’mezzi ta’ trasport tagħha stess, li se jiffaċilitaw interventi ta’ emerġenza, xogħol ta’ spezzjonijiet, kif ukoll operazzjonijiet oħra relatati.

B’mod parallel, qed isiru wkoll xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fuq il-binja li se tospita l-uffiċċji u t-tagħmir ta’ dan id-dipartiment, biex dan jissodisfa l-ogħla standards ta’ sigurtà u funzjonalità. Ix-xogħlijiet qed jiffokaw fuq infrastruttura aħjar, apparat għat-tifi tan-nar (extinguishers), apparat tan-nifs u tagħmir ieħor għall protezzjoni personali tal-ħaddiema. Din iż żieda għandha tiffaċilita rispons malajr u effiċjenti għal kwalunkwe emerġenza.

Il-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni joperaw fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, b’erba’ membri f’kull shift. Huma responsabbli wkoll minn spezzjonijiet regolari fuq l-apparat għat-tifi tan-nar madwar is-swali kollha tal-kumpless, kif ukoll minn taħriġ ta’ għarfien dwar x’tip ta’ apparat għandhu jintuża b’mod korrett. Huma wkoll kapaċi jindirizzaw inċidenti żgħar fil-madwar tal-kumpless u joffru appoġġ lill-Protezzjoni Ċivili jekk ikun hemm bżonn.

Fil-kumment tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea spjega kif dan l-investiment mhux biss jirrifletti impenn ċar lejn sigurtà aħjar għar-residenti u l-ħaddiema ta’ San Vinċenz, iżda wkoll viżjoni ta’ kura aktar proattiva, responsabbli u effiċjenti. “Grazzi għad-dedikazzjoni tat-tim tas-Sezzjoni tan-Nar, illum ninsabu f’pożizzjoni aħjar biex nilqgħu kwalunkwe emerġenza u niżguraw ambjent sigur għall-komunità kollha,” temm jgħid Agius Galea.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment sostanzjali fis-Sezzjoni tan-Nar ta’ San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment sostanzjali fis-Sezzjoni tan-Nar ta’ San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment sostanzjali fis-Sezzjoni tan-Nar ta’ San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow