STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali ta’ Il-Ħamrun
Nomini ta' Kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta' Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta' Il-Ħamrun wara r-riżenja tal-Kunsillier Carmen Borg, sa nhar il-Ħamis, 18 ta' Diċembru, 2025 f'nofsinhar.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar, mil-lum t-Tlieta 16 ta' Diċembru sal-Ħamis 18 ta' Diċembru, 2025, jew online permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations mil-lum it-Tlieta 16 ta' Diċembru fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar il-Ħamis, 18 ta' Diċembru, 2025.
Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN