Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Uffiċċju Konġunt u l-GWU

pr252260
Date Icon 15/12/2025

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Uffiċċju Konġunt u l-General Workers Union (GWU) li permezz tiegħu l-ħaddiema se jibbenefikaw minn żieda fil-pagi tagħhom u introduzzjoni ta' allowances ġodda.

L-iffirmar tal-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, tas-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney, is-Segretarju Permanenti Joyce Cassar u s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja. 

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Kap tal-Uffiċċju Konġunt, is-Sur Patrick Vella; mill-Kap tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali, is-Sur Thomas Woods; mis-Segretarju tal-unit tal-General Workers' Union, mis-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi is-Sur Kendrick Bondin; u mis-Shop Stewart Dr Sara Ezabe.

Il-Ministru Bonnici spjega kif dan il-ftehim kollettiv se jara żidiet fil-pagi u allowances għall-impjegati, bil-għan li jittejbu l-pakketti ta' kumpens u benefiċċji tagħhom b'mod ġenerali. 

Il-Ministru Bonnici tenna li l-iskop tal-ftehim kollettiv mhuwiex biss wieħed finanzjarju iżda jfittex ukoll li jipprovdi gwida ċara dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, bl-għan li jservi bħala ispirazzjoni għal impjegati futuri.

 “Dan huwa tassew Gvern li jinvesti fil-ħaddiema tagħna u l-għan tagħna hu li nipprovdu ħlas xieraq u ġust lill-impjegati tagħha għall-ħidma tagħhom. Flimkien qed naħdmu biex il-ħaddiema jkollhom l-opportunità li jkomplu javvanzaw fil-karrieri personali tagħhom," temm jgħid Dr Bonnici.

Il-Kap tal-Uffiċċju Konġunt Patrick Vella qal,  “Il-ftehim kollettiv se jiggarantixxi kundizzjonijiet aħjar ta' xogħol għall-impjegati tal-Uffiċċju Konġunt, filwaqt li jagħmel l-unit aktar attraenti għar-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda. Dan huwa ftehim identiku għal dak li ġie ffirmat għall-impjegati tal-Awtorità tal-Artijiet."

“Permezz ta' side letter iffirmata bejn l-Uffiċċju Konġunt, l-Awtorità, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-IRU, ġie ggarantit li l-impjegati kollha tal-Uffiċċju jkollhom il-possibbiltà li jiġu assorbiti mill-Awtorità tal-Artijiet meta tintemm il-funzjoni tal-Uffiċċju Konġunt," temm jgħid is-Sur Vella. 

L-Uffiċċju Konġunt twaqqaf permezz tal-ftehim tal-1991 bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede, bil-għan, fost oħrajn, li jamministra l-proprjetà trasferita u li jirreġistra l-proprjetà f'isem il-Gvern ta' Malta. L-identità legali tal-Uffiċċju Konġunt ġiet stabbilita fl-2024, meta ġie rikonoxxut bħala Unità Speċjalizzata fl-Amministrazzjoni Pubblika. Dan ippermetta li jiġu ffaċilitati proċessi amministrattivi, inklużi dawk relatati mal-finanzi, ix-xiri, ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tar-riżorsi umani.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Uffiċċju Konġunt u l-GWU
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Uffiċċju Konġunt u l-GWU
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Uffiċċju Konġunt u l-GWU
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow