Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ġdid fid-dipartiment tal-Medical Imaging f'Mater Dei

PR252254
Date Icon 15/12/2025


Ġie mniedi servizz anġografiku ġdid li juża tekniċi mekkaniki u kimiki li jfarrku demm maqgħud (blood cloths) li jkun qed jimblokka l-arterji maġġuri tal-pulmun. Dan ħabbru il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela spjega kif l-emoblija pulmonali (Pulimnory embolism) hija kundizzjoni fejn demm maqgħud jeħel fl-arterji tal-pulmun u joħolqu kumplikazzjonijiet fiċ-ċirkulazzjoni tal-qalb li f'wieħed minn kull sitt pazjent jistgħu jkunu fatali. Qal kif s'issa, it-trattament ta' din il-kundizzjoni kien jikkonsisti f'mediċini li jgħinu d-demm biex ma jagħqadx (Anti-koagulation) jew mediċini li jfarrku l-cloths (Trombolytics). Is-servizz tal-EKOS ikisser il-cloths b'sistema innovattiva ta' ultra-sound u trombolysis diretti fil-blood cloth. 

Il-Ministru faħħar dan l-isforz multidixxiplinarju li jinvolvi radjologi, kardjologi, esperti tal-pulmun u tal-emerġenzi, radjografi, speċjalisti tat-taqsima tal-kura intensiva u infermiera li flimkien ser ikunu qed joffru dan is-servizz rivoluzzjonarju.

“Jien konvint li l-investiment u l-fiduċja li l-gvern joffri lill-impjegati tiegħu jwasslu għal innovazzjonijiet ta' dan it-tip," tenna Dr Abela.

Il-Ministru Abela qal li din il-kundizzjoni tirrapreżenta t-tielet l-aktar kawża komuni ta' imwiet kardjovaskulari. “Dan huwa mezz mill-anqas invażiv li jsalva l-ħajja tal-pazjenti u jiffrankalhom operazzjonijiet maġġuri li r-riżultati tagħhom kien ħażin. Inħares 'il quddiem għall-iżvilupp il-ġdid fejn permezz ta' pjattaforma tal-AI, is-servizz olistiku jsir aktar effiċjenti," temm jgħid Dr Abela.

Min-naħa tiegħu Dr Kieran Chircop spjega d-dettalji tekniċi tal-proċedura fejn apparati speċjalizzati jitpoġġew fl-arterji tal-pulmun minn tingiża ma ġewwa tal-koxxa (Groin). Qal kif dan l-apparat jitħalla jagħmel xogħlu għal diversi sigħat b'riżultati eċċellenti li mhux biss isalvaw il-ħajja, iżda wkoll jirriżultaw f'ħafna anqas komplikazzjonijiet kroniċi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ġdid fid-dipartiment tal-Medical Imaging f'Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ġdid fid-dipartiment tal-Medical Imaging f'Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ġdid fid-dipartiment tal-Medical Imaging f'Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ġdid fid-dipartiment tal-Medical Imaging f'Mater Dei
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow