Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat Ġnien għall-Familja u għaddejjin ix-xogħlijiet fuq park ieħor f’Ħal Għaxaq

pr252251
Date Icon 14/12/2025

Ġnien komunitarju ġdid, iddisinjat biex jipprovdi spazju sigur u aċċessibbli għall-familji, u li joffri varjetà ta’ bijodiversità, ġie uffiċjalment inawgurat f’Ħal Għaxaq.

Il-ġnien, bl-isem ta’ Ġnien għall-Familja, ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, Dr Miriam Dalli, flimkien mat-tim ta’ Project Green u r-rappreżentanti tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, inkluż is-Sindku Karl Boxall.

Dan l-investiment ikopri żona fil-qalba ta’ żona residenzjali u jintroduċi varjetà ta’ veġetazzjoni, inklużi siġar u arbuxelli ġodda fuq dik li qabel kienet art vojta, u b’hekk inħoloq spazju rikreattiv għat-3,000 resident ta’ din il-lokalità. Il-proġett jintegra diversi karatteristiċi sostenibbli bħal dawl li jaħdem bl-enerġija mix-xemx u ċisterna tal-ilma mibnija speċifikament biex tappoġġja l-irrigazzjoni effiċjenti u ekoloġika.

“Meta nitkellmu dwar komunitajiet aktar ħodor, fl-aħħar mill-aħħar inkunu qed nitkellmu dwar it-tip ta’ ambjent li rridu li n-nies jgħixu fih. Spazji bħal dan f’Ħal Għaxaq jistgħu jidhru modesti fid-daqs, iżda jagħmlu differenza kbira għall-benesseri tar-residenti, speċjalment f’żoni urbani li huma densi. Dan l-ispazju qed jiġi kkumplementat minn żona akbar li fuqha Project Green għaddejja bix-xogħol biex tinbidel f’park ieħor fix-xhur li ġejjin. Dawn l-ispazji jistgħu jerġgħu jgħaqqdu lin-nies man-natura, jappoġġjaw il-bijodiversità, u jinkoraġġixxu ritmu ta’ ħajja aktar b’saħħtu. L-għan tagħna huwa li niżguraw li kull lokalità, irrispettivament mid-daqs, ikollha aċċess għal spazji miftuħa sostenibbli. Dan il-ġnien jirrifletti bidla lejn ippjanar fit-tul, fejn il-kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u prattiċi jingħaqdu flimkien biex joħolqu postijiet li verament iservu lill-komunità.”

Il-Perit Katrina Grech Mallia enfasizzat li Project Green qed tagħti lill-familji ġnien aktar nadif, sigur u sostenibbli fil-qalba ta’ Ħal Għaxaq. “L-għan tagħna huwa li noħolqu spazju inklużiv fejn is-sostenibbiltà tirrifletti l-bżonnijiet tal-komunità. Billi nintegraw dwal mix-xemx u ċisterna ddedikata, qed niżguraw li dan il-ġnien ikompli jiffjorixxi għal snin li ġejjin,” qalet il-Perit Grech Mallia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat Ġnien għall-Familja u għaddejjin ix-xogħlijiet fuq park ieħor f’Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat Ġnien għall-Familja u għaddejjin ix-xogħlijiet fuq park ieħor f’Ħal Għaxaq
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat Ġnien għall-Familja u għaddejjin ix-xogħlijiet fuq park ieħor f’Ħal Għaxaq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow