STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-KABINETT Jum ir-Repubblika – Għoti ta’ Midalji u Unuri
Kull sena f'Jum ir-Repubblika, il-President ta' Malta, f'isem il-Gvern u l-poplu Malti, tagħti ġieh pubbliku lil għadd ta' Maltin li jiddistingwu ruħhom f'oqsma differenti tal-ħajja b'ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta' nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f'oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin.
Din is-sena, iċ-ċerimonja ta' investitura saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, nhar is-Sibt, 13 ta' Diċembru 2025, wara l-parata ċerimonjali f'Misraħ San Ġorġ.
Matul iċ-ċerimonja ta' din is-sena, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, ħatret ħdax-il persuna fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu, tnejn minnhom fuq bażi onorarja. Disà persuni oħra ingħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Tlett persuni minn dawn tal-aħħar ingħataw l-unur wara mewthom, wieħed minnhom fuq bażi onorarja.
Dawn il-ħatriet saru bi proposta mill-Kumitat tan-Nomini mwaqqaf skont L-Att dwar Ġieh ir-Repubblika (Kap. 251) u fuq parir tal-Prim Ministru lill-President ta' Malta.
Żewġ uffiċjali tal-Forzi Armati ta' Malta ġew mogħtija l-Midalja għal Servizz Distint waqt iċ-ċerimonja ta' investitura ta' din is-sena.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN