Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR252244
Date Icon 12/12/2025

L-avventuri ta’ ‘Ġuża l-Ħanfusa’ jgħallmu lit-tfal dwar inizjattivi sostenibbli għal ambjent aħjar


‘L-Istejjer Meraviljużi u Ribellużi ta’ Ġuża Ħanfusa’ miktub mill-awtriċi Clare Azzopardi, b’illustrazzjonijiet tal-artist Alfie Gatt, miġbura fil-ktieb

‘L-Istejjer Meraviljużi u Ribellużi ta’ Ġuża Ħanfusa’ huma ġabra ta’ avventuri bil-għan li titqajjem kuxjenza qalb it-tfal dwar is-sostenibbiltà, inizjattivi favur l-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima.

Il-ktieb ġie ppreżentat illum mill-Ministru għall-Ambjent, Miriam Dalli, u mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Clifton Grima waqt żjara lill-istudenti tal-iskola Sacred Heart. 

Fuq inizjattiva bejn il-Climate Action Authority u EkoSkola, dan il-ktieb diġitali huwa mmirat għall-istudenti ta’ bejn il-Year 3 u l-Year 6. Ibbażat fuq ideat tat-tfal stess, l-awtriċi Clare Azzopardi fasslet dawn l-istejjer qosra mill-iktar interessanti u ħadu l-ħajja bl-illustrazzjonijiet tal-artist Alfie Gatt. 

Il-Ministru Dalli sostniet li t-tfal huma fost l-ikbar ambaxxaturi tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu favur is-sostenibbiltà. 

“Tajna kelma lill-istudenti ta’ EkoSkola li l-ideat tagħhom nibdluhom f’xi ħaġa li tibqa’ ħajja u tinfirex ma’ kemm jista’ jkun tfal. Minn hawn nibtet l-idea ta’ dan il-ktieb, biex il-messaġġ jinfirex kemm jista’ jkun,” qalet il-Ministru Dalli li saħqet kif l-aspett edukattiv huwa ċentrali fil-ħidma tal-Climate Action Authority. “Huwa xogħol li l-awtorità bdiet b’mod tajjeb ħafna u li se tkompli tifrex fuqu fost il-ġenerazzjonijiet kollha. L-azzjoni klimatika hija azzjoni li tirrikjedi l-kontribut ta’ kulħadd.”

Il-ktieb se jkun qed jitqassam fil-libreriji madwar il-pajjiż u se jkun disponibbli għal kulħadd f’verżjoni diġitali fuq is-sit tal-Climate Action Authority. 

Il-Ministru Clifton Grima qal li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn, qed nagħtu lit-tfal tagħna għodod kreattivi u edukattivi biex jifhmu aħjar ir-rwol tagħhom fil-ħarsien tal-ambjent. “L-iskejjel tagħna għandhom impatt ċentrali fil-formazzjoni ta’ ġenerazzjonijiet li mhux biss huma infurmati, imma wkoll imħeġġa jieħdu azzjoni konkreta favur futur aktar nadif u sostenibbli,” tenna il-Ministru Grima.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority, Ing. Abigail Cutajar, spjegat kif l-awtorità kontinwament tfittex li tikkollabora ma’ entitajiet oħra fis-soċjetà u din il-kollaborazzjoni ma’ EkoSkola għadha biss il-bidu. “Fis-settur edukattiv hemm ħafna potenzjal ta’ għarfien, informazzjoni, u fuq kollox ċans ta’ azzjoni. Dak il-potenzjal se ndawruh f’azzjonijiet favur il-pajjiż u l-ambjent li ngħixu fih,” qalet Cutajar.

Min-naħa tiegħu, Vince Attard, il-Kap Eżekuttiv ta’ Nature Trust FEE Malta qal li l-organizzazzjoni tilqa’ t-tnedija ta’ dan il-ktieb, li sar fuq suġġeriment tat-tfal tal-EkoSkola lill-Climate Action Authority. “Dan ikompli jgħin sabiex it-tfal ikollhom vuċi għall-futur tagħhom u jkunu ċittadini aktar responsabbli. L-għan tal-EkoSkola huwa l-edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli,” qal Vince Attard. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow