Left arrow Go Back

STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: 37 rekluta ġodda mal-Korp tal-Pulizija - aktar minn 160 membru full-time ġdid din is-sena

PR252230
Date Icon 11/12/2025


37 rekluta ngħaqdu mal-Korp tal-Pulizija bħala kuntistabbli, wara li temmew b'suċċess il-kors ta' taħriġ għar-rekluti mill-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati. Dan il-kors hu wieħed akkreditat fil-livell MQF 4 mill-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, u li se jwassal biex dawn il-kuntistabbli l-ġodda jibdew jagħtu servizz lill-komunità u lil pajjiżna.

Dan il-kors kien jinkludi kemm aspetti fiżiċi u akkademiċi fost oħrajn. B'kollox f'dan il-kors ġew mgħallma 63 suġġett bħal-ligijiet ta' Malta, l-etika, id-diversità, regoli u proċeduri, investigazzjonijiet ta' reati bħal vjolenza domestika, abbuż tat-tfal fuq siti elettroniċi, offiżi sesswali u għarfien dwar is-saħħa mentali, fost oħrajn.

Matul din is-sena l-Korp tal-Pulizija kompla jissaħħaħ b'żieda netta ta' aktar minn 160 membru full-time ġdid. Dan hekk kif għandu żieda netta ta full-time sworn officers ta' aktar minn 100 meta wieħed jikkunsidra dawk li daħlu ġodda jew reġgħu daħlu fil-Korp u dawk li rtiraw, apparti żieda netta  ta' 64 full-time civilian officers.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal lill-kuntistabbli l-ġodda li l-ġurnata tal-ġurament mhijiex il-ġurnata tal-wasla iżda l-bidu ta' karriera ta' ħafna sodisfazzjon u ħidma b'riżq il-komunità fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

“Kunu integri u għaqdu dmirkom b'sens ta' ġustizzja, b'dinjità  lejn kull persuna li jkollha bżonn is-servizz tagħkom u b'sens ta' empatija. Kunu intom it-tarka tas-soċjetà li fuq spallejkom tpoġġi responsabbiltà u fiduċja. Kunu parti minn bidla kontinwa li għaddej minnha l-Korp tal-Pulizija u kunu intom parti minn dan it-tiġdid. Bħala Gvern ser nibqgħu ninvestu fikom, hekk kif għamilna, kemm fit-taħriġ u l-edukazzjoni tagħkom u kemm fl-għodda li intom tużaw," qal il-Ministru Camilleri.

F'diskors tal-okkażjoni l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ħeġġeġ lill-kuntistabbli l-ġodda biex iżommu fihom id-dixxiplina u s-sens ta' responsabbiltà li tnisslu fihom f'dawn l-aħħar xhur fl-Akkademja u fuq kollox jonoraw dejjem l-erba' valuri prinċipali tal-Korp, speċifikament l-imparzjalità, l-integrità, is-sens ta' leadership u r-rispett lejn iċ-ċittadini tagħna.

“Dan mhux xogħol kwalunkwe. Din hija karriera li l-Korp qed ikompli jiżviluppa fi professjoni bi sħubija ma' entitajiet oħra, inkluż l-Università ta' Malta," qal il-Kummissarju.

Il-premju tar-rekluta l-aktar li ddistingwa ruħu, il-'PC Mark Farrugia Award', ingħata lil Sean Vella.

STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: 37 rekluta ġodda mal-Korp tal-Pulizija - aktar minn 160 membru full-time ġdid din is-sena
STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: 37 rekluta ġodda mal-Korp tal-Pulizija - aktar minn 160 membru full-time ġdid din is-sena
STQARRIJA MIIL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: 37 rekluta ġodda mal-Korp tal-Pulizija - aktar minn 160 membru full-time ġdid din is-sena
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow