Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel Renal Unit f’San Vinċenz de Paul se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin

PR252221
Date Icon 10/12/2025

Fiż-żmien li ġej mistenni jibda jopera l-ewwel servizz tad-dijalisi fi ħdan il-kumpless ta’ San Vinċenz de Paul, proġett li se joffri kura essenzjali lill-pazjenti b’mard tal-kliewi li għandhom aktar minn 60 sena, kemm minn fost ir-residenti kif ukoll mill-komunità. Dan is-servizz se jkun disponibbli f’ambjent aktar aċċessibbli u kompletament adattat għall-ħtiġijiet tagħhom. L-inizjattiva tifforma parti minn investiment aktar estensiv li bħalissa qed jitwettaq fil-Klinika ta’ Matul il-Jum.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea żar San Vinċenz de Paul fejn ħabbar li l-klinika se tinkludi sitt magni tad-dijalisi, waħda minnhom bħala backup għal każijiet ta’ emerġenza. Fl-istess waqt, qed jitlesta wkoll xogħol fuq sistema avvanzata ta’ reverse osmosis, kif ukoll sistemi ta’ ventilazzjoni u pajpijiet dedikati biex jinżammu l-ogħla standards ta’ sigurtà u sterilizzazzjoni.

Il-magni mistennija jaslu fil-ġranet li ġejjin, biex f’qasir żmien l-Unit ikun jista’ joffri sa 70 sessjoni ta’ dijalisi fil-ġimgħa. Dan se jtaffi l-pressjoni minn fuq Mater Dei, filwaqt li jżid l-aċċess għall-kura fil-komunità.

“Din l-ewwel Renal Unit f’San Vinċenz hija pass ieħor lejn aktar kura f’postijiet qrib il-pazjent u li jagħtu aktar dinjità lill-anzjani tagħna. Kif imħabbar fil-Budget, dan il-proġett pilota se jwitti t-triq biex fix-xhur li ġejjin nespandu dan is-servizz għal total ta’ 18-il magna,” qal is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea.

Dan il-proġett jirrappreżenta investiment ta’ aktar minn €380,000 u jifforma parti minn viżjoni usa’ għal kura komunitarja aktar moderna, integrata u umana.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel Renal Unit f’San Vinċenz de Paul se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel Renal Unit f’San Vinċenz de Paul se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA L-ewwel Renal Unit f’San Vinċenz de Paul se jibda jopera fil-ġimgħat li ġejjin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow